Jinqatel il-captain tat-tim nazzjonali tal-Ħonduras bi 13-il tir

Il-captain ta' 26 sena inqatel bi 13-il tir f'parkeġġ ta' stabbilment kummerċjali

Il-captain tat-tim tal-Ħonduras, Arnold Peralta ta' 26 sena li jilgħab mat-tim ta' Club Deportivo Olimpia ta' Tegucigalpa fil-Ħonduras, inqatel iktar kmieni illum bi 13-il tir ta' arma tan-nar. Il-każ seħħ waqt li kien ħiereġ mill-karozza tiegħu f'parkeġġ taċ-ċentru kummerċjali fil-belt ta' La Ceiba.

Persuna mhux magħrufa riekba fuq mutur sparat 13-il tir, fil-maġġoranza tagħha f'rasu. Skont il-pulizija, dan il-każ jidher li kien immirat biex ikun omiċidju u mhux serqa, anka minħabba l-fatt li ma nsteraqxejn minn fuq il-post.

Peralta kien jilgħab bħala midfielder fl-Iskozja mat-tim tar-Rangers fil-passat, u nhar l-Erbgħa li ġej kien se jkun qed jilgħab f'logħba ta' ħbiberija kontra Kuba.

More in Sports