Platini indagat li tħallas 2 miljun franki Żvizzeri għal xogħol li qatt ma sar

L-inkjesta fuq Blatter tikkonvolġi lil Platini

Is-sit tal-aħbarijiet Taljan l-ANSA dalgħodu irraporta każ li riegħed lid-dinja tal-Football Ewropeja wkoll. Wara li l-prokuratur Ġenerali Żvizzeru fetaħ proċeduri penali kontra l-President tal-FIFA, Sepp Blatter. In-numuru wieħed fid-dinja tal-Football li diġa kien interrogat hu suspettat bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ fondi.

L-inkjesta miftuħa mill-prokura Żvizzera tikkonvolġi anke lil Platini, il-President tal-UEFA li anke hu msemmi li se jikkontesta l-post ta’ Blatter. Hemm suspetti li min-naħa tal-President tal-FIFA ġew mgħoddija illegalment żewġ miljuni franki Żvizzeri (€1,800,000) lil Platini meta kien għadu viċi president għal ‘xogħol forsi falsifikat li sar jew qaztt ma sar’ bejn l-1999 u l-2002. Platini tela jixhed dwar dan.

Hemm żewġ fatti li l-prokura Żvizzera qed tindaga. Oltre il-kwistjoni ta’ Platini. Fl-oħra Blatter hu suspettat li ffirma kuntratt fuq drittijiet televiżivi li ma kinux favorevoli għal FIFA, mal-Unjoni tal-Karibew tal-Football, li dak iż-żmien kellha bħala president lil Jack Walker.

Platini kkumenta hekk, “Jien tħallast għal xogħol li għamilt. Intlabt nixhed dwar dawn il-flus li tħallast u biex nagħti informazzjoni utli dwar l-inkjesta li qed issir: Iċċarajt kollox u ninsab disponibbli biex nikkolobora f’kull ħin mal-awtoritajiet.

 

More in Sports