Li tassoċja kull kaz ma Victor Cassar huwa redikolu u malizzjuz - Victor Cassar

Kien żball serju u li jista' jkollu konsegwenzi gravi biss żball onest

Stqarrija personali ta' Victor Cassar dwar il-protest Fgura vs Ħamrun Spartans:

Issa kulħadd qal tiegħu u bi dritt għandi ngħid tiegħi jien ukoll. L-izball li sar ħuwa tort tiegħi u jien nerfa r-responsabbiltá bħala segretarju. Il-ġimgħa ta' qabel il-logħba jien warrabt ħin bizzejjed biex niċċekkja l-kuntratti kollha, medical tests, registration forms u saħansitra bgħatt email l-MFA biex nikkonferma s-sospensjoni ta' Jake Grech li kien hemm xi naqra dubju dwar Youths u kbar u fil-fatt Jake ma lagħabx. Dwar id-disa plejers li ġew minn klabbs oħra, dan kien TOTAL BLACKOUT minn naħa tiegħi. Ma ċċekkjajtx. Insejt. Qabżitli.

Għalkemm kumplikata stajt niċċekkja imma dan ma għamiltux. Ħadd ma fakkarni u jien ma ftakartx. Ta' dan kollu jien niskuza ruħi ma sħabi tal-kumitat, plejers, coaches, staff, voluntiera u supporters kollha Ħamrunizi. Żball serju u li jista' jkollu konsegwenzi gravi. Biss żball onest. Din il-ġimgħa kienet waħda iebsa u jien, bħal kull segretarju ieħor, dejjem bżajt li ser tiġri lili u lill-klabb tiegħi. Fil-fatt ġrat. Jien nirrispetta lil kull min ikkritikani, min għajjarni, anke bi kliem iebes.

Għaliex tlett punti mitlufa hekk, kiesaħ u biered, mħux ċajta. Tlett punti ifissru xogħol, għaraq u flus ta' ħafna nies. Jien naf xi jfissru. Ma nistax inħalli izda min jigdeb fuqi. Dan mħux aċċettabbli. Veru li ġraw każi oħra fil-Ħamrun u dan huwa nuqqas li jrid jiġi indirizzat darba għal dejjem. Imma li tassoċja kull każ ma Victor Cassar ħuwa redikolu u malizzjuz. Mħux ser nitkellem fuq il-każi ta' Daniel Zerafa u ta' Comvalius. Min irid jikkuntattjani u nagħtih il-provi ċari, b'tunnellati ta' dokumenti awtentiċi, x'ġara u ma ġarax. Jien kelli r-responsabbilta dakinhar bħala membru tal-kumitat u tajt is-sapport tieghi kollu lil kulħadd, kif qegħdin jagħmlu llum sħabi tal-kumitat li qegħdin jagħtuni s-sapport tagħhom. Jien ili fil-klabb mill-1992 f'kull tip ta' kariga. Kull kariga kważi dejjem intlabt neħodha mħux tlabtha jien.

Matul dan iż-żmien kelli diversi argumenti ma diversi nies. Min qiegħed juża dan il-każ biex jieħu sodisfazzjon lura għandu problema. Din hija stqarrija personali tiegħi u bl-ebda mod ma hija l-vuċi tal-Ħamrun Spartans F.C. Jien, kif kulħadd jaf tfajt ir-riżenja għaliex jien dejjem sħaqt li kulħadd accountable. Peress li inzerta li kemm il-President kif ukoll diversi membri tal-kumitat huma msiefrin, deċiżjonijiet ser jittiehdu meta jkun hawn Malta kulħadd.

More in Sports