Uffiċċjali: Għajnsielem jakkwistaw lill-Internazzjonali Shawn Bajada mingħand Valletta

Il-bieraħ niżel jitħarreġ ma' sħabu Għajnselmiżi

Il-club ta' Għajnsielem tal-Footbvall taha rigal mill-isbaħ lil partitarji tiegħu meta illum ħabbar uffiċjalment li akkwistaw il-player Għawdxi Internazzjonali Malti Shawn Bajada mingħand Valletta. 

Għajnsielem jidher li telgħu għall-Ewwel Diviżjoni bit-tir li jispiċċaw champions għat0tieni sena konsekuttiva. L-istaġun li għaddha spiċċaw Champions tat-Tieni Diviżjoni u dis-sena qed jaħdmu bis-sħiħ biex jibnu team li bih jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fil-fatt wara diversi akkwisti mingħand Nadur li telquhom l-aħjar players wara li ġew relegati għat-tieni diviżjoni wara li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, issa akkwistaw lil dan il-player minn Ta' Sannat li għandu 33 sena u lagħab mat-team Nazzjonali fi 33 partita.

Iżda barra Għajnsielem hemm żewġ clubs oħra li qed jaspiraw għat-titlu, li huma c-Champions Xewkija li għad għandhom team tajjeb ħafna u mimlija esperjenza u anke Kerċem Ajax akkwistaw żewġ players barranin ta' kwalita li magħhom se jdawru players Għawdxin ta' kwalita biex ukoll jirnexxielhom jirbħu t-titlu.

More in Sports