Intervista Lokali Barranin

Riżultati impressjonanti waqt il-kompetizzjoni nazzjonali tas-Single Lifts

Il-Malta Powerlifting organizzat il-kompetizzjoni tas-Single Lifts Nazzjonali matul dan tmiem il-ġimgħa

Yendrick Cioffi / 4 ta' Ġunju 2019 14:03
Il-Malta Powerlifting organizzat il-kompetizzjoni tas-Single Lifts Nazzjonali matul dan tmiem il-ġimgħa.

F'din il-kompetizzjoni, l-aqwa tlett atleti fl-iSquat kienu Wayne Gregoraci, Shawn Farrugia u Sean Galea (3rd).

Wayne Gregoraci refa’ 225 kilo b’bodyweight ta’ 91.8 kilo. Din kienet l-iktar Squat tqila tal-ġurnata, kif ukoll l-aqwa Squat bil-punti.

Shawn Farrugia kiseb it-tieni post b’Squat ta 180 kilo b’bodyweight ta’ 68.5 kilo.

Min-naħa tiegħu, Sean Galea refa' 187.5 kilo b’bodyweight ta' 79kg, li kisbitlu it-tielet post, b’differenza ta’ 26.629 punt mir-raba' post.

Kristen Borg giet l-ewwel fl-iSquat minn nisa kolla. Kristen refgħet 90 kilo b’bodyweight ta’ 52.9 kilo. It-tieni post inkiseb minn Nicole Borg li refgħet 80 kilo b’bodyweight ta’ 54.8 kilo.

Fil-Bench Press, Shawn Farrugia kiseb l-ewwel post b’140 kilo bench press. Shawn ipprova 147.5 kilo, iżda ma rnexxilux għal ftit.

Josef Spiteri gie t-tieni b’bench press ta' 175 kilo, li hi ukoll l-itqal bench tal-ġurnata. Josef kellu bodyweight ta’ 97.8 kilo.

George Bonanno wera’ ħafna kuraġġ u ibbenċja 137.5 kilo b’bodyweight ta’ 83.5 kilo.

Min-nisa, Pamela Psaila ġiet l-ewwel u Kristen Borgit-tieni. 

Psaila refgħet 75 kilo b’bodyweight ta' 61.5 kilo u Kristen Borg ibbenċjjat 60 kilo u 62.5 kilo.

Charles Degiorgio, reġa’ ġie l-ewwel fid-Deadlift. Charles refa’ 240 kilo b’bodyweight ħafif ta' 69.4 kilo.

Shawn refa' 222.5 kilo, li assiguratlu t-tieni post.

Alessandro Valastro refa' l-itqal piż tal-ġurnata, 285 kilo, u għamilha mingħajr ċintorin.

Bħall-Bench Press, Pamela Psaila ġiet l-ewwel b’deadlift impressjonanti ta’ 160 kilo, kif ukoll ta' 165 kilo 

Kristen Borg refgħet 112.5 kilo u Nicole Borg gġet it-tielet b’deadlift ta’ 112.5 kilo u 117.5 kilo.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook