Intervista Lokali Barranin

L-MFDPA torganizza Full Power Team Championships

It-tim rebbieħ se jkun qed jirbaħ ix-‘Shield’ għal sena

Yendrick Cioffi / 6 ta' Frar 2019 12:49
Il-Malta Drug-Free Powerlifting Association (MFDPA) se tiftaħ is-sena tagħha b’Full Power Team Championship fid-24 ta’ Frar.

Timijiet magħmula minn tliet atleti se jikkompetu kontra xulxin u t-tim li jirnexxilu jġib l-iktar punti ikun ir-rebbieħ, u jirbaħ ix-‘Shield’ għal sena

Wieħed jista’ jissieħeb ukoll f’din il-kompetizzjoni individwalment għaliex ser ikun hemm ċertifikati u podju għall-aqwa lifter ta’ kull weight-category, u anka għall-aqwa lifter overal.

Kull atleta ser ikollu ċans għal tliet lifts, jiġifieri tliet attentati fl-isquat, tliet attentati fil-bench press u kif ukoll tliet attentati fid-deadlift.

Din il-kompetiżżjoni ser ssir fil-Youth Centre tal-Birgu (Triq Desain, Birgu).

Ir-Reġistrazzjoni tibda’ fis-7am u weigh-ins ser jibdew fis-7:30am. Il-kompetiżżjoni tibda fid-9am.

Wieħed jista’ japplika billi jibgħat messaġġ fuq il-Facebook Page bl-isem, il-piż u d-dettalji tat-tim.

Link tal-event fuq Facebook:

https://www.facebook.com/events/613278485776976/?active_tab=about

Link tal-page tal-MDFPA:

https://www.facebook.com/maltapowerlifting/

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook