Intervista Lokali Barranin

L-ikona mondjali tal-isport Usain Bolt jaf jingħaqad ma' Valletta FC

Ix-xahar li għadda investituri minn Dubai ħadu f'idhom il-klabb ta' Valletta

Liam Carter / 16 t'Ottubru 2018 00:44
Usain Bolt, tmien darbiet champion Olimpiku u ikona mondjali tal-isport, għandu quddiemu offerta ta' sentejn kuntratt mat-tim ta' Valletta FC.

Skont l-istazzjon Amerikan ESPN, il-klabb lokali ta' Valletta FC, issa taħt tmexxija ġdida jemmnu li ż-żieda ta' Bolt tista' tkun instrumentali fl-ħolma tagħhom li javvanzaw sew fil-UEFA Champions League.

Id-Direttur Maniġerjali tal-Belt Valletta u Kap Eżekuttiv, Ghasston Slimen, żvela ma' ESPN li x-xewqa tal-klabb hi li Bolt jingħaqad magħhom qabel il-logħba tas-Super Cup kontra Balzan f'Diċembru li ġej.

Din is-sena, Valletta FC ġew eliminati fl-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League, fid-draw ta’ 1-1 mat-tim Albaniż, FK Kukesi. Imbagħad, ix-xahar li għadda, grupp ta' investituri minn Dubai bl-isem ta' 'Sanban Group' ħadu t-tmexxija tal-klabb ta' Valletta FC f'idejhom. 

Intant, fil-ġranet li għaddew, fl-ewwel logħba tiegħu, Bolt skorja l-ewwel żewġ gowls f'livell professjonali ma’ Central Coast Mariners fl-Awstralja. Il-Ġamajkan, skorja t-tielet u r-raba’ gowl fir-rebħa ta’ 4-0 tal-Mariners kontra Macarthur South West, b'Bolt tipikament jiċċelebra bil-poża klassika tiegħu.

Attwalment, Bolt għandu r-rekord tal-100 metru u l-200 metru fl-atletika. Fil-passat hu saħansitra tħarreġ mat-tim ta' Borussia Dortmund fil-Ġermanja u dak Norveġiż, Stromsgodset. Hu rtira mill-atletika is-sena l-oħra.

 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook