Intervista Lokali Barranin

€45,000 għal Saintfiet biex ma jiħux passi legali

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali kien tneħħa wara rapporti li dehru fil-midja

Liam Carter / 23 ta' Mejju 2018 13:34
Hekk kif ilbieraħ ħarġet l-aħbar li l-MFA irnexxielha tilħaq ftehim mal-eks kowċ tat-tim Nazzjonali Malti Tom Saintfiet, li kien tneħħa mil-kariga tiegħu fl-25 ta’ April li għadda, sorsi qrib sew l-MFA qalu mal-gazzetta ILLUM li l-eks kowċ se jkun qed jitħallas il-bqija tal-kuntratt tiegħu,  jiġifieri €45,000.

L-MFA se tkun qed tħallas dawn il-flus bil-għan li Saintfiet iwaqqa' kwalunkwe każ ta’ danni li seta’ kellu mal-MFA wara t-tkeċċija tiegħu.

Għalhekk, skont is-sorsi, l-eks kowċ tat-tim Nazzjonali Malti se jkun tħallas €75,000.

Il-Belġjan kien tneħħa minn kowċ tat-tim nazzjonali wara li l-midja internazzjonali rrappurtat li hu kien applika biex issir kowċ tat-tim nazzjonali tal-Kamerun fl-istess waqt meta kien qiegħed imexxi t-tim nazzjonali Malti.

F’kummenti li kien ta lil MaltaTodaySaintfiet kien caħad li hu qatt applika għal dan l-impjieg, jew kwalunkwe xogħol ieħor.

Fi tliet logħbiet li għamel kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Saintfiet ma rnexxilux jikseb rebħa waħda.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook