Il-Maltin fil-Belġju mħeġġa jissaportjaw lit-tim Malti U21 għal kontra l-Belġju

Dar Malta torganizza trasport għall-ħaddiema tagħha u l-Maltin li jgħixu l-Belġju

L-ambaxxata Maltija f'Dar Malta qed torganizza trasport lejn u mill-ground ta' Den Dreef f'Heverlee fejn it-tim tal-Football U-21 ta’ Malta se jerġa’ jilgħab kontra dak Belġjan bħala parti mill-fażi ta’ kwalifika għall-kampjonat Ewropew tal-UEFA tal-2019. Il-logħba se tintlagħab nhar it-Tnejn, 27 ta’ Marzu fl-Istadium Den Dreef, Heverlee, fit-8 p.m.

L-ambaxxata se tkun qed torganizza trasport minn fejn Dar Malta li jitlaq fis-7 p.m. bil-prezz ta’ €20. Min hu interessat mitlub jirriżerva sat-23 ta’ Marzu bit-telefon (02/238.39.27) jew bl-email ([email protected]).

More in Sports