Fis-2 pm jispara William 'Tagħna'

William Chetcuti jinsab it-tieni favorit għad-deheb ma' kumpanija tal-imħatri

Illum għal ħabta tas-2 pm, ħin lokali se jkun qed jieħu sehem l-ikona tal-isparar u tal-isport Malti William Chetcuti fl-Olimpjadi ta' Rio, il-Brażil.

Bħalissa, Chetcuti hu t-tieni l-aktar favorit li jirbaħ il-midalja tad-deheb mal-kumpanija tal-imħatri BetFair wara l-Awstraljan James Willet. William Chetcuti bħalissa hu ċ-Champion tad-dinja meta rebaħ it-tazza ftit tal-ġimgħat ilu. Nisperaw li l-Istazzjon Nazzjonali juri dan l-avveniment li jista' jkun storiku b'mod dirett, jekk hu possibbli.

 

 

 

More in Sports