Rebħa għal Malta fil-Kampjonat Ewropew tat-Tennis

It-tennista ta' 14-il sena, Helene Pellicano tirbaħ il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-juniors

Helene Pellicano, it-tennista Maltija ta' 14-il sena, rebħet il-Kampjinat Ewropew tat-Tennis tal-juniors
Helene Pellicano, it-tennista Maltija ta' 14-il sena, rebħet il-Kampjinat Ewropew tat-Tennis tal-juniors

Helene Pellicano, tennista Maltija ta' 14-il sena rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-juniors. Minbarra li għal darb'oħra, Pellicano kisret ir-records nazzjonali, hija ġabet unur lil pajjiżna bħala l-ewwel Maltija li qatt rebħet dan il-kampjonat.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius awgura lil Helene Pellicano li saret l-ewwel tennista Maltija li qatt rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-Juniors. 

Fil-finali li saret f’Pilzen, fir-Repubblika Ċeka, Pellicano għelbet lis-seed numru 4 Denia Hindova tar-Repubblika Ċeka bil-punteġġ ta’ 6-4, 6-1.  F’din il-kompetizzjoni Pellicano rebħet 4 straight sets biex imbagħad issieltet fis-semifinali meta għelbet lil Noa Krznaric tal-Kroazja bil-punteġġ ta’ 2-6, 7-6, 6-4

Pellicano mistennija żżomm l-ewwel post fir-rankings Ewropej tal-Juniors meta dawn jiġu aġġjornati nhar it-Tlieta li ġej.

More in Sports