Intervista Lokali Barranin

BMX Malta tiċċelebra it-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha

Avveniment ċelebrat bil-BMX Fest

John Busuttil / 20 ta' Lulju 2016 11:36
Bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju, l-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta ċċelebrat it-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha bil-BMX Fest - Summer edition. F’din l-okkażjoni, Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-iSport kixef plakka komemorattiva biex tfakkar dan l-anniversarju speċjali. Huwa kien assistit minn David Agius, Kelliemi għall-iSport minn naħa tal-Oppożizjoni, John Zammit u Karl Naja, President u Segretarju rispettivament tal-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta, Dean Hili, Sindku ta’ Pembroke u Joe Bajada, Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. F’din l-okkażjoni tħawlet ukoll siġra taż-żebbuġ biex jibqa wkoll imfakkar dan l-avveniment hekk importanti.

Matul dan il-BMX Fest - Summer edition, li kien ukoll avveniment ta’ fundraising fejn inġabret is-somma ta’ €500 f’donazjonijiet. Matul dawn it-tliet t’jiem t’attivitajiet, inżammu diversi kompetizzjoni li kellhom dawn ir-riżultati:

 

Il-Ġimgħa:

Game of Bike Group A Winner: Francesco Fenech Conti

Game of Bike Group B Winner: Liam Azzopardi

Bunny Hop competition winner: John Attard

 

Is-Sibt:

BMX Park Group A:

1. Kajman Liberecký

2. Karl Naja

3. Francesco Conti

 

BMX Park Group B:

1. Mathias Mangion

2. Miguel Triganza

3. Ryan Psaila

 

Il-Ħadd:

BMX Fest Racing Results:

Taħt is-7 Snin

1. Jackob Zerafa

 

7-13 il-Sena

1. Brandon Moore

2. Ella Zammit

3. Lydon Tanti

 

14-16 il-Sena

1. Luke Farrugia

2. Ryan Scicluna

3. Mathias Mangion

 

Matul dan il-BMX Fest, BMX Malta ħabbret uffiċjament ir-riżultati kollha għall-istaġun 2015/2016 li kienu dawn:

 

Taħt is-7 snin

1. Jackob Zerafa

2. Simon Vella

3. Benji Schranz

 

7-13 Snin

1. Brandon Moore

2. Ella Zammit

3. Lydon Tanti

 

14-16 Snin

1. Mathias Mangion

2. Neil Vella

3. Luke Farrugia

 

Malta BMX tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għal dawn l-attivitajiet kollha biex ikun iċċelebrat dan it-30 Anniversarju. Huma jixtiequ jroddu ħajr ukoll lill-isponsors ewlenin li kienu: Epic Bikes Malta, Wheel Wizard (Malta), Urban Jungle Malta, Bamboo Stores Surf Riot Boutique, CafeDickens u Forestals għal materjal offrut biex dan l-avveniment seta ikun  wieħed ta’ suċċess. Grazzi kbira oħra tmur lil Visage Sound Malta, Calleja Ltd, Malta Pepsi, Malta Alberta Group,The Free Way, Jump Street, Twistees Malta, Sport Malta, BLANK, M.I.B. Crew RO, Frontline Events, Rebel Riders MC Malta, Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Radd ta’ ħajr ieħor imur lil Prime Time Malta għall-organizzazjoni tal-party tal-Ġimgħa li wieħed ser jibqa jiftakar għas-suċċess tiegħu kif ukoll lil Jahh Roland, Carl Urban, Kaos Laughton, George Bugeja, Neil Fenech, Brogan Forace u Jp Micallef għas-sehem tagħhom fil-party tal-għeluq.

Għal iktar informazzjoni fuq Malta BMX wieħed għandu jżur www.maltabmx.com jew fuq Facebook: Malta BMX.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook