Intervista Lokali Barranin

Rebħa għal Malta fil-kampjonati Ewropej tad-Double Trap

Nathan Lee Xuereb jirbaħ il-kategorija Juniors tad-Double Trap tal-Kampjonati Ewropej

Ruben Anthony Xuereb / 12 ta' Lulju 2016 09:22
Nathan Lee Xuereb jirbaħ il-kategorija Juniors tad-Double Trap tal-Kampjonati Ewropej
Nathan Lee Xuereb, iż-żagħżugħ li rrapreżenta lill-Malta fil-Kampjonati Ewropej ad-Double Trap, rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kategorija tal-Juniors waqt il-kampjonat li sar f’Lonato l-Italja.   

Xuereb spiċċa fl-ewwel post fis-semifinali meta laqat 29 minn 30 plattina.  B’hekk għadda għall-finali għar-rebħ tal-ewwel u t-tieni post kontra it-tiratur Taljan Jacopo Dupre de Foresta.  Nathan Lee Xuereb kien fi klassi għalih hekk kif laqat 28 plattina minn 30 fil-finali filwaqt li t-tiratur Taljan laqat 24, biex hekk it-tiratur Malti ħareg rebbieħ.

Dan huwa unur ieħor fil-kullana ta’ suċċessi għal dan it-tiratur żagħżugħ kif ukoll għal dan l-isport, hekk kif dan is-suċċess wasal ġimgħatejn biss wara li tiratur ieħor Malti, William Chetcuti, rebaħ il-midalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap li saret f’Baku, l-Ażerbajġan. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook