Tkeċċa minn B'Kara u qed imexxi lil Palermo fis-Serie A

Giovanni Tedesco ngħata kuntratt ta' sitt xhur mal-Palermo minħabba li Schelotto m'għandux l-liċenzja biex jikkowċja Serie A

Wara r-rebħa ta' Palermo fuq Udinese mmexxijin minn Barros Schelotto, it-team ta' Zamparini jixtieq li jżomm l-istaff tekniku li qed jerġa jagħti tama lil palermo fis-serie A. Iżda Schelotto ma jistax jagħmel dan minħabba l-fatt li m'għandux il-liċenzja biex jikkowċja fis-Serie A. Għalhekk l-kowċ se jkun formalment Giovanni Tedesco li għadu kif tkeċċa minn B'Kara u issa sab ruħu fis-Serie A. Dan se jiffirma kuntratt ta' sitt xhur sal-aħħar tal-istaġun bi Schelotto jkun l-assistent tiegħu. Tedesco se jkun l-ħames kowċ tal-Palermo dan l-istaġun wara li tneħħew diġa Iachini, Ballardini, Viviani u Bosi (li se jieħu ħsieb lil Primavera) u ċ-ċinkwina għaqqadha Tedesco. Dan kollu mistenni li jitħabbar dalwaqt anke jekk mal-Palermo mhux l-ewwel darba li kien hemm xi sorpriża fl-aħħar mumenti. Tedesco kien player ta' Palermo.

 

More in Sports