L-Interisti Għawdxin inqatgħu minn Malta u ħolqu club f'Ta' Kerċem għall-Għawdxin

Joe Bajda hu l-ewwel president tal-club Għawdxi li hu t-tielet club fil-gżejjer Maltin

Wara stennija ta' snin twal l-Għawdxin Intersiti, li hemm numru sew tagħhom, irnexxielhom jinqatgħu miż-żewġ clubs Maltin u fetħu club uffiċċjalment Inter Club Gozo (Malta) taħt il-presidenza tal-eks segretarju tal-GFA u ġurnalista sportiv ewlieni f'Għawdex, Joe Bajada. Skotn Bajada li fetaħ il-club il-bieraħ eżatt qabel id-derby della Madonnina, kontra l-kuġini Milan qal li  l-attendenza massiva li attendiet," kompliet tissorprendina, filwaqt li kkonfermat kemm kien għaqli l-intervent tagħna li niftħu Klubb f’Għawdex għal partitarji Interisti għax b’hekk imlejna vojt kbir li kien ilu jinħass fostna." Ma setax ikun ftuħ daqshekk tajjeb meta it-team tagħhom iċċelebra dan il-ftuħ b'rebħa fuq Milan fejn kien hemm atmosfera mill-isbaħ u dawk preżenti damu sa' tard bil-lejl jiċċelebraw fejn kien hemm appetiżers u xorb matul is-serata kollha.

Il-club jinsab  fiċ-Ċentru Parrokjali ta’ Kerċem u hu anke magħqud uffiċċjalment mal-club Interista f'Milan. Tant li l-ewwel tour Għall-Għawdxin se jkun bejn id-19 u l-21 ta' Diċembru għal partita kontra Lazio bi prezz ta' €250 bit-titjiriet, biljett tal-ground u akkomodazzjoni inkluża. Skont il-president dan hu l-ewwel rigal tal-club lejn il-partitarji Interisti Għawdxin.

More in Sports