Għajnsielem iridu lil Shaun Bajada mingħand Valletta

Jidher li l-ġlieda għall-unuri dan l-istaġun f'Għawdex se tkun bejn Għajnsielem, Kerċem u ċ-Champions Xewkija

Għajnsielem jidher li telgħu għall-Ewwel Diviżjoni bit-tir li jispiċċaw champions għat0tieni sena konsekuttiva. L-istaġun li għaddha spiċċaw Champions tat-Tieni Diviżjoni u dis-sena qed jaħdmu bis-sħiħ biex jibnu team li bih jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fil-fatt wara diversi akkwisti mingħand Nadur li telquhom l-aħjar players wara li ġew relegati għat-tieni diviżjoni wara li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, issa qed jaħdmu biex anke jattiraw lura lil player Internazzjonali Malti ta' oriġini Għawdxija, Sean Bajada mingħand Valletta. Skont sorsi f'Għawdex dan il-player hu viċin ħafna li jingħata lil Għajnsielem, speċjalment li f'din il-parti ta' Għawdex hemm ħafna partitarji tat-team Belti. Sean bajada għandu 32 sena u hu minn Ta' Sannat u lagħab bil-flokk Malti 33 darba.

Iżda barra Għajnsielem hemm żewġ clubs oħra li qed jaspiraw għat-titlu, li huma c-Champions Xewkija li għad għandhom team tajjeb ħafna u mimlija esperjenza u anke Kerċem Ajax akkwistaw żewġ players barranin ta' kwalita li magħhom se jdawru players Għawdxin ta' kwalita biex ukoll jirnexxielhom jirbħu t-titlu.

More in Sports