L-istilla Taljana ta' Birkirkara Fabrizio Miccoli intervistat

Fabrizio Miccoli f'intervista esklussiva għada fuq l-ILLUM

Fabrizio Miccoli jiċċelebra l-goal tiegħu kontra West Ham United • Ritratt: Reuters
Fabrizio Miccoli jiċċelebra l-goal tiegħu kontra West Ham United • Ritratt: Reuters

Għada fil-gazzetta ILLUM se tidher intervista esklussiva li Christian Micallef għamel lill-istilla Taljana ta' Birkirkara, Fabrizio Miccoli.

L-intervista saret eżatt qabel il-partitissima li Miccoli u l-Istripes għamlu kontra West ham f'Ta' Qali. L-eks attakkant tal-Juventus ingħaqad ma' Birkirkara f' Ġunju fuq kuntratt ta' sena. Riċentament, l-istilla Taljana ta' 35 sena kien qed jilgħab mal-Lecce fil-Lega Pro. Huwa lagħa ukoll ma' numru ta' timijiet oħra fosthom Casarano, Ternana, Juventus, Perugia, Fiorentina, Benfica u Palermo.

Lagħab ukoll mal-italja fil-livell ta’ taħt it-18-il sena, taħt il-21 sena u mal-iskwadra ewlenija.

Nhar il-Ħamis, Miccoli skurja l-goal li taha r-rebħa lil Birkirkara fil-logħba tagħhom kontra t-tim ewlieni Ingliż West Ham United.

More in Sports