West Ham belgħu waħda tajba u irritaw lil Floriana

Xi ħadd bellagħha lil West Ham li l-ajruport ta' Malta jismu f*** il-Furjana u dawn poġġewha fuq is-sit tagħhom

Il-viċi President ta' Floriana Matt Paris jidher li urta ruħu flimkien ma' diversi partitarji Furjaniżi oħra meta fuq il-websajt ta' West Ham ħarġet il-kelma vulgari kontra Floriana. Ħafna ħaduha bħala ċajta, iżda żgur li meta titpoġġa fuq sit segwita minn 1.1 miljun persuna madwar id-dinja u ta' team professjonali iċ-ċajta tista wkoll tittieħed bħala nuqqas ta' professjonalita'.

Jidher li l-amministrazzjoni ta' West Ham ġiet infurmata u l-kelma vulgari ġiet imneħħija. Iżda jibqa fatt ukoll li s'issa ma ħarġet l-ebda apoloġija pubblika għalkemm klubb professjonali għandu jkun jaf xi kliem ipoġġi  b'lingwa oħra u xi jfissru fuq il-websajt tiegħu. Jekk is-sit ġie hacked allura jixraq li l-Floriana  jagħmlu apoloġija lil West Ham.

Matt Paris fuq il-facebook tiegħu kiteb hekk:-

"It's shameful that an English premier league club engages in this sort of attitude! Matthew Paris Vice President Floriana FC. I expect that a football giant verifies it's facts, prior to splashing anything on its Facebook which is followed by 1.1 million people"

More in Sports