Kliem razzist fuq il-Malti li skorja kontra il-Litwanja lbieraħ

Alfred Effiong hu Niġerjan li ħa ċ-ċittadinanza Maltija wara li żżewweġ Maltija

Fuq sit lokali fuq il-facebook deher post dwar Alfred Effiong li hu Niġerjan li ilu Malta 10 snin mill-2005 u wara li żżewweġ Maltija applika għaċ-ċittadinanza Maltija li hu ħa f'Marzu li għaddha. Kien ġie malta b'mod legali bħala football player mat-team Kercem. Wara mar Cipru u rega gie ma St. George's. Meta kien ma Kercem kienu sfidanti ewlenin ghall-kampjonat u tilfuh f' l-ahhar loghba vs. Nadur Youngstersta' u l-bieraħ skorja ġmiel ta' goal li anke spiċċa fil-paġni tal-Mirror tal-Ingilterra għal mod spettakolari kif qabeż madwar 4 3 players avversarji u venven xutt minn madwar 25 metru bogħod li ma taha ebda ċans lil goalkeepr avversarju li jsalva.

Iżda fuq NAME AND SHAME (MALTA) kien hemm min għajru klandestin u kliem diżpreġġativ ieħor dwaru u dwar players suwed oħra li jiżżewġu tfajliet Maltin u qed jieħdu post players Maltin meta dawn illum huma meqjusa Maltin bħal kull Malti ieħor anke jekk bidel iċ-ċittadinanza. Hemm min ma qabilx magħhom iżda hemm min kiteb kliem mill-aktar razzist.

More in Sports