Staġun memorabbli għal Fleur-de-lys Office Group

It-tim ta' Fleur-de-lys Office Group bit-tazza tar-rebħ tal-Kampjonat
It-tim ta' Fleur-de-lys Office Group bit-tazza tar-rebħ tal-Kampjonat

L-istaġun 2014-2015 kien wieħed mill-aktar memorabbli għall-Fleur-de-lys Sports Association, li għal staġun ieħor kellha l-appoġġ ta’ Office Group Ltd, fejn intrebħu l-unuri fit-tliet dixxiplini li t-timijiet li jaqgħu taħt il-kappa tagħha jipparteċipaw fihom.

Champions Nazzjonali tal-Volleyball tan-Nisa

It-tim tan-nisa irrepeta is-suċċess ta’ sena ilu, hekk kif reġa’ spiċċa fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat tal-volleyball u b’hekk in-nisa tal-volleyball ta’ Fleur-de-lys Office Group spiċċaw inkurunati bħala Champions tal-Volleyball lokali tan-nisa.

Kien staġun li beda bit-tajjeb bir-rebħ tas-Super Cup lokali u spiċċa bl-istess mod bir-rebħ tal-kampjonat tal-Volleyball lokali.

It-team tan-nisa kien ghal parti kbira minn dan l-istaġun immexxi mill-kowċ Alton Caruana, li għaraf juża l-aqwa elementi li kellu fit-tim biex iwassal lit-tim tan-nisa ta’ Fleur-de-lys Office Group għar-rebħ tad-Double għat-tieni sena konsekuttiva.

Fleur-de-lys Silverblacks Office Group : Champions Nazzjonali tan-Netball

Dan kien it-tieni staġun konsekuttiv bla telfa għal Fleur-de-lys Silverblacks Office Group fil-kampjonat lokali tan-Netball. Dan wara li t-team li ġie ffurmat mill-ġdid fl-istaġun li għadda, beda l-esperjenza tiegħu mit-Tieni Divizjoni u spiċċa dan l-istaġun bħala Champion tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni lokali tan-Netball. 

Taħt it-tmexxija ta’ Stephania Cassar u Helga Turban, ic-Champions lokali tan-Netball waslu għal dan is-suċċess minghajr telfa waħda f’żewġ staġuni. 

Fleur-de-lys Silverblacks Office Group huma iffurmati minn l-aqwa elementi tan-Netball f’pajjiżna, b’bosta plejers jiffurmaw parti mill-iskwadra Nazzjnali tan-Netball, kemm ta’ taħt il-21 sena kif ukoll l-iskwadra tal-kbar.

Promozzjoni għal Fleur-de-lys Konica Minolta fil-futbol

It-tim tal-futbol ta’ Fleur-de-lys kompla bl-avventura tiegħu fil-kampjonat lokali SWAN, billi spiċċa l-istaġun bħala wieħed mit-timijiet promossi għall-ewwel diviżjoni. B’hekk fl-istaġun li ġej it-team ta’ Fleur-de-lys Konica Minolta se jingħaqad mal-kumplament tat-timijiet li jipparteċipaw f’din id-divizjoni u jkompli bl-avventura tiegħu f’dan il-kampjonat li issa ilu jipparteċipa fih għal 4 staġuni.

More in Sports