Floriana se jagħmlu ġemellaġ mal-club tas-Serie A, Hellas Verona

Floriana FC se jġibu 4 jew 5 players minn Verona

Il-coach il-ġdid ta' Floriana, l-Brażiljan/Belġjan Luis Oliveira
Il-coach il-ġdid ta' Floriana, l-Brażiljan/Belġjan Luis Oliveira

Floriana FC wara li tilfu s-servizzi tal-coach Tedesco li ingħaqad ma' Birkirkara qed jagħmlu minn kollox permezz tal-president tagħhom it-Taljan Gaucci biex flok il-coach li spiċċa jġibu coach ieħor Taljan, l-eks player ta' Fiorentina u Catania, Luis Oliveira li diġa laħaq ftehim ma' Floriana. L-eks attakkant ta' Cagliari u Fiorentina għandu 44 sena u għandu nazzjonalita ta' Brażiljan naturalizzat Belġjan u jgħix f'Sardegna.

Sadattant Gaucci jinsab l-Italja u minn sorsi infurmati sew fil-klan Furjaniż, l-Illum sar jaf li qed isir ġemellaġġ mal-club tas-Serie A, Hellas Verona biex dawk il-players li jkunu ta' kwalita iżda li ma jkunux sabu posthom mal-ewwel team jiġu mislufa lil Floriana biex jilagħbu logħob kompettitiv u fl-istess ħin jimxu mar-regoal tal-FIFA li ma jitħallewx players irreġistrati ma' team li ma jintużawx għal-logħob.

Jidher li Floriana se jkunu forza għal kampjonat Malti l-istaġun li ġej flimkien ma' B'Kara li wkoll qed jagħfsu biex iġibu players mill-Italja, veterani tas-Serie A. Bid-differenza li Floriana se jakkiwstaw servizzi minn players li jinsabu fuq il-kotba ta' Hellas Verona li huma iżgħar fl-eta.

More in Sports