Blitz minn players eks Serie A għal Birkirkara - Miccoli, Camoranesi u Moscardelli

Luis Oliveira l-eks Fiorentina mistenni jkun il-coach l-ġdid ta' Floriana

Siti tal-internet tal-Football taljan qed isemmu tliet eks players tas-Serie A li llum jinsabu fi triqithom lejn l-eta tal-irtirar mix-xena tal-Football, li iżda għad għandhom ħafna esperjenza u teknika x'joffru gaħl Football malti. Dawn huma l-eks Juventini Miccoli (35 sena) u Camoranesi fliomkien ma' Davide Moscardelli. Dan jidher li jista jiġri meta l-kowċ il-ġdid ta' Birkirkara it-Taljan Giovanni Tedesco li l-istaġun li għaddha ikkowċja lil Floriana ta' Gaucci għamel il-kuntatt magħhom.

Mistoqsi minn Goal il-president il-ġdid Alan Delia qal, "Miccoli ġimgħa ilu kien mistieden tagħna u bdejna nitkellmu miegħu u nixtiequ li nistednuh biex nilħqu ftehim miegħu għax player bħalu jagħtina qabża ta' kwalita. Davide Moscardelli għandu profil mill-aktar interessanti u jiswielna ħafna. U dwar Caoranesi ma nikkumentax. Mexjin bil-mod il-mod lejn l-Ewropa b'umilta u passjoni, pero dejjem irridu nżommu saqajna mal-art."

Miccoli li dan l-aħħar kien qed jilgħab ma' Lecce għandu 35 sena filwaqt li Camoranesi bħalissa kien qiegħed coach iżda l-fatt li jerġa jilgħab iħajru wisq, filwaqt Davide Moscardelli fil-lega pro wera li għadu kompettitiv fejn fi 32 partita skorja 15-il goal.

Wieħed irid jiftakar li fit-tmeninijiet f'Malta kien tfaċċa player Taljan Adelmo Paris li kien taha dimensjoni ġdida lil Football malti bil-logħob tiegħu anke jekk kien temm il-karriera tiegħu fis-Serie A u Zurrieq dak iż-żmien kienu telgħu fost l-aqwa teams f'Malta. Barra hekk Adelmo Paris kien il-persuna li kien ħa lil Carmel Busuttil lejn l-ITalja li minn hemm kien baqa' tielgħa is-sellum tas-suċċess barra pajjiżna.

Sadattant gaucci bie xjieħu post l-coach Tedesco sejjaħ lill ex Fiorentina Luis Oliveira li l-pożizzjoni tiegħu bħala coach ta' Floriana se titħabbar uffiċċjalment dalwaqt.

More in Sports