NICOLA BERTI F’ MALTA

Se jżur pajjiżna bejn it-18 u t-22 ta’ Ġunju

NICOLA BERTI F’ MALTA
NICOLA BERTI F’ MALTA

L-ex-player internazzjonali tal-Inter Nicola Berti ser ikun qed iżur pajjiżna bejn it-18 u t-22 ta’ Ġunju li ġej bħala mistieden tal-Inter Club Malta.

Nicola Berti huwa leġġenda tal-Inter illi libes il-flokk tan-nerazzurri għal 229 darba bejn l-1988 u l-1998 u skurja 29 gowl, f’liema staġuni kien rebaħ żewġ Tazzi UEFA, fl-1991 u fl-1994, fejn kien skurja kemm kontra Roma fl-ewwel leg tal-finali tal-1991, kif ukoll kontra Austria Salzburg, fl-ewwel leg tal-finali tal-1994, kif ukoll l-iscudetto ta-istaġun 1988/89, fl-iskwadra mmexxija minn Giovanni Trapattoni, li baqgħet magħrufa bħala, “l’ Inter dei record”.

Berti huwa ukoll ex-player tat-tim nazzjonali Taljan fejn lagħab 39 darba u skurja 3 darbiet. Huwa kien parti mill-iskwadra li laħqet is-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja fl- Italja fl-1990, u dik illi waslet sal-finali ġewwa l-Istati Uniti fl-1994.

L-Inter Club Malta huwa onorat illi Nicola Berti aċċetta l-istedina li saritlu sabiex jiġi jqatta’ ftit ġranet fil-gżejjer tagħna u jiltaqa’ mas-supporters tal-Inter ġewwa pajjiżna. Fil-ġranet li ġejjin l-Inter Club Malta ser ikun qed iħabbar pubblikament l-attivitajiet li ser isiru għall-membri tal-Inter Club Malta waqt iż-żjara ta’ Nicola Berti.

More in Sports