“Nittama li ma’ Seoul E-Land nikseb l-istess suċċess li ksibt ma’ Hibernians u iktar” - Tarabai

Tarabai jippoża bil-flokk tat-tim il-ġdid tiegħu, Seoul E-Land
Tarabai jippoża bil-flokk tat-tim il-ġdid tiegħu, Seoul E-Land

Ftit tal-jiem ilu Edison Luis dos Santos iktar magħruf bħala Tarabai ħalla Malta biex jibda avventura ġdida mal-klabb mill-Korea ta’ Isfel, Seoul E-Land, b’self sa bħal daż-żmien sena. Tarabai kien qed ikollu staġun mill-aqwa ma’ Hibernians fejn kien qed jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-Kampjonat BOV Premier b’ammont inkredibbli ta’ 25 gowl. 

Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess attakkant prolifiku Brażiljan fil-Korea ta’ Isfel fejn tana dawn il-kummenti esklussivi: “Dan huwa mument tassew speċjali f’ħajti. Hibernians dejjem ħadmu qatigħ biex jagħmlu l-ħolmiet tiegħi realtà. Ta’ dan nixtieq verament nirringrazzja lill-familja tal-Pawlisti u ngħidilhom li qed inħoss in-nuqqas tagħhom ħafna. 

Nixtieq nirringrazzja ħafna wkoll lill-klabb il-ġdid tiegħi Seoul E-Land talli tawni din l-opportunità fejn nittama li magħhom nikseb l-istess suċċess li ksibt ma’ Hibernians u iktar,” temm jgħid Tarabai.

More in Sports