Malta International Judo Open ta’ suċċess

Suċċess kbir għal Joanna Camilleri,  Marcon Bezzina u Vanessa Frazier fil-Judo
Suċċess kbir għal Joanna Camilleri, Marcon Bezzina u Vanessa Frazier fil-Judo

Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo għadha kif ikkonkludiet Il-Federazzjoni Judo Malta għadu kif ikkonkluda l-31 edizzjoni tal-avveniment ewlieni tagħha, il-Malta International Judo Open. Malta, il-Bulgarija, l-Italja u Sqallija, il-Ġappun, is-Serbja, l-Iskozja, u Wales kellhom 96 entrati fi 3 kategoriji ta’ età: Espoir, Kadetti u Seniors.

L-ewwel Judoka Maltin li lagħbu kien it-tfajliet, li kienu għadhom qed jirkupraw mill-influwenza. Madankollu huma onoraw l-impenn tagħhom u kkompetew f’dan l-avveniment importanti.

Fl-ewwel rawnd tas-57kg, Joanna Camilleri kellha bżonn biss 17 sekonda biex għelbet lill-avversarja Sqallija tagħha Greco Serena b’O-Uchi Gari (teknika b’lura). Fit-tieni rawnd, Camilleri l-ewwel attakkat b’Ippon Seoi Nage u assigurat wazari (10 punti), u mbagħad ippinjat lil Greco f’osaekomi (tibblokka lil avversarju mal-art) għal wazari ieħor, u għalhekk rebħet l-ewwel deheb għal Malta.

Fit-63kg, Marcon Bezzina rebħet l-ewwel rawnd tagħha kontra il-Maltija Nicola Battistino. Fit-tieni logħba remiet lill-avversarja Serca Tiziana minn Sqallija b’Ippon spettakolari wara biss minuta. Bezzina tat ukoll prestazzjoni straordinarja fil-kategorija Open tan-nisa (+57kg). Fl-ewwel logħba ħadet l-4 minuti sħaħ kontra il-Bulgara Gecheva Radka, li kienet tiżen ħafna iktar minn Bezzina. Marcon rebħet il-logħba ta’ wara kontra tfajla welsh b’Ippon u t-tieni waħda wkoll Welsh b’Wazari Awasete Ippon (2 Wazari li jammontaw għal Ippon). 

Vanessa Frazier ikkontestat it-52kg. Sfortunatament hi kienet ma tiflaħx sew u ma kellhiex saħħa tiġġieled, tant li tilfet iż-żewġ logħbiet tagħha. Is-70kg ġiet ikkontestata minn Ruby Jo Bondin u il-kadetta Esther Spiteri. Spiteri tat prestazzjoni tajba ħafna u rebħet il-kategorija.

Rodney Zammit reġa’ ġie lura fix-xena Maltija tal-Judo wara waqfa twila. Huwa tilef l-ewwel logħba tiegħu fis-60kg kontra it-Taljan Simone Ferrara, u kwalifika għas-semi finali wara li elimina lill-Malti Ishmael Grogan. Fil-semi finali, Zammit ffaċċja il-Cadet u Junior Champion Ewropew Angelo Pantano minn Sqallija. Pantano uża l-ħila inkredibbli tiegħu li rebaħ is-semi finali. B’hekk Zammit ġie fit-tielet post. Aktar tard Pantano rebaħ il-finali kontra it-Taljan Angelo Lacorte biex rebaħ il-midalja tad-deheb. 

Fis-66kg, Jeremy Saywell kien imweġġa’ u ma kkontestax il-kategorija. Għalhekk George Atanasov niżel kategorija u kkontesta s-66kg. Atanasov ħtieġ biss 7 sekondi biex elimina lil James Maher minn Wales. Fis-semi finali kien meħud b’sorpriża mit-Taljan Michele Baldassari meta ġibdu mal-art u pprova jiġbidlu idu għal armlock. Waqt li kien qed jipprova jillibera idu deher li kien qed itaptap li tfisser li ċeda u għalhekk ir-referee ta’ r-rebħa lit-Taljan. Fil-logħba tar-repêchage għall-bronż, Atanasov rebaħ il-midalja tal-bronż wara li tħabbat il-Welsh Sam Stephens ma ‘IPPON u Yuko (1 punt), li kien għadu eliminati l-kadetti Malti Joseph Muscat fl-aħħar repêchage. Il-Malti l-ieħor li kontestat is-66kg kien Cormack Spiteri li l-ewwel elimina lill-Malti Joseph Muscat u aktar tard lill-Welsh James Maher biex b’hekk rebaħ il-midalja tal-bronż l-oħra.

Il-kategorija tat-73kg ġiet ikkontestata minn 10 kompetituri, fosthom l-Kadetti Maltin Kurt Butters u Gabriel Debono. Ir-riżultat ta’ bejn Kurt Butters u Gabriel Debono kien l-istess bħal ta’ fil-għodu b’Butters rebbieħ. Butters għaddha għal-kwarti finali kontra t-Taljan Giuseppe Romanucci Taljan. Butters kien penalizzat 4 darbiet, u b’hekk ir-rebħa ingħatat lit-Taljan. Fil-logħba tar-repêchage għall-bronż kontra l-Isqalli Francesco Sugamele, Butters tilef b’Ippon, u għalhekk spicca fil-ħames post. 

L-uniku participant Malti fil-81kg kien il-kadett Alessio Muscat. Anke jekk Muscat ta prestazzjoni tajba, sfortunatament tela’ f’pool iebsa mhux ħażin. Huwa tilef l-ewwel logħba tiegħu mat-Taljan Davide Moretti, u aktar tard mal-Isqalli Lorenzo Rigano, rebbieħ ta’ bosta midalji f’European Cups tal-kadetti.

Id-90kg kienet probabbilment il-kategorija l-aktar bbilanċjat b’bosta atleti ta’ livell għoli. L-atleti Malti kien Murman Korchilava. Fl-ewwel logħba, Korchilava ġie mormi mil-Isqalli Domenico Pappalardo għal Yuko. Korchilava kien qed jaħdem biex jirkupra da nil-punt, iżda fl-aħħar 8 sekondi Pappalardo rema lil Korchilava għal Ippon. Murman rebaħ it-tieni logħba kontra il-Welsh James Monks u it-tielet logħba kontra t-Taljan Mirko Giaconi. Wara li ntlagħbet ir-round robin, Korchilava, Pappalardo u Giaconi kellhom l-istess numru ta’ rebħ. Wara li ġie kkunsidrat ukoll it-total tal-punti rebbieħa, Korchilava u Pappalardo kienu għadhom l-istess. Peress li Pappalardo rebaħ kontra Korchilava, Korchilava ħa l-midalja tal-fidda.

Isaac Bezzina kien għadu qed jirkupra minn influwenza qawwija, iżda xorta rnexxielu jirbaħ iż-żewġ rounds tiegħu kontra s-Serb Srdjan Stankovich fil-100kg. Bezzina ikkontesta wkoll il-+100kg. Fl-ewwel logħba kien qed jikkontrolla lit-Taljan Tiziano Di Federico għal kważi l-logħba kollha. Madankollu d-differenza kbira fil-piż għamilha diffiċli ħafna għal Bezzina u lejn l-aħħar tal-logħba tilef b’Ippon.

Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-Isport, segwa l-aħħar logħbiet tal-ġurnata flimkien mas-Sur Envic Galea u s-Sur Alex Bezzina, President u Direttur Sportiv rispettivament tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo.

Fost l-uffiċjali preżenti għal dan l-avveniment kien hemm Maestro Giulio Sacchi, eks membru tat- Tim Nazzjonali Taljan u Referee Nazzjonali kif ukoll kowċ ta’ success fic-Centru Sportiv tal-Carabinieri, li flimkien mad-Direttur tar-Referee Malti is-Sur John Zammit kkoordinaw l-aspett tar-refereeing fl-avveniment; il-Maestro Corrado Bongiorno, President tal-Assoċjazzjoni tal-Judo Reġjonali ta ‘Sqallija li akkumpanja it-tim Reġjonali; u l-Maestro Giovanni Parisi, eks membru tat-Tim Nazzjonali Taljan, li qed isegwi t-tim Reġjonali ta’ Sqallija. 

L-għada, l-avveniment kien konkluż bil-festival tradizzjonali tat-tfal fejn il-Judoka żgħażagħ juru l-ħiliet tagħhom. Taħt it-tmexxija tas-Sensei Joe Castillo u coaches oħra Maltin, iż-żgħażagħ ipparteċipaw fl-logħob ibbażat fuq kunċetti u tekniki ta’ Judo. Silvio Cacciattolo, eks membru Tim Nazzjonali Malti ssieħeb mal-coaches u t-tfal fuq it-tapit. Apparti l-uffiċjali tal-federazzjoni, il-personalitajiet preżenti kienu l-fundatur tal-Judo Malti, is-Sur Joseph Caruana; u l-ex Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni, is-Sinjura Valerie Debono.

Dan l-avveniment ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ u l-għajnuna tal-uffiċjali involuti, inkluż ir-referees John Zammit, Abdul Rahman Latif, Lloyd Caruana, Raymond Spiteri, Giulio Sacchi, u Sebastiano Sciacca; l-uffiċjali Louisa Agius Galea, Alexis Milne, Mario Giuliano, Neville Schembri, Tiziana Apap u Oliver Ciappara; it-tim Mediku kompost minn Dr Ivan Esposito u s-St John Ambulance; u l-voluntiera l-oħra li ħadmu biex dan l-avveniment isir.

More in Sports