“Ninsab motivat ħafna biex nirritorna fil-futbol Malti, speċjalment ma’ Pietà Hostpurs” – Ricardo Costa

Ricardo Costa determinat li jirritorna għas-suċċess ma’ Pietà Hotspurs
Ricardo Costa determinat li jirritorna għas-suċċess ma’ Pietà Hotspurs

Ricardo Costa jinsab fl-ewwel jiem tiegħu tar-ritorn tiegħu ma’ Pietà Hostpurs, wara li fl-aħħar staġun kien diġà jilgħab mal-Hotspurs. Huwa kellu jirritorna mat-tim immexxi minn Noel Coleiro matul is-sajf li għadda iżda baqa’ f’pajjiż twelidu - il-Brażil, minħabba raġunijiet familjari. 

Fil-karriera tiegħu, huwa lagħab għal Tarxien Rainbows bejn l-2010 u l-2012, fejn skorja tmien u disa’ gowls rispettivament. Fl-istaġun ta’ wara, huwa laghab ma’ Deportivo Saprissa f’Kosta Ruca. Hu rritorna f’Malta fis-Sajf tal-2013 fejn ingħaqad ma’ Pietà Hotspurs fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. F’kuntatt li għamel dan il-ġurnal mal-istess plejer Brażiljan huwa saħaq li: 

“Ninsab motivat ħafna biex nirritorna fil-futbol Malti u speċjalment ma’ Pietà Hostpurs – it-tim li miegħu kelli staġun mill-aqwa matul l-istaġun li għadda u fejn inħossni ġo dari. Napprezza l-isforz ta’ Joe Sammut, Mario Mallia u tal-kowċ Noel Coleiro talli ġabuni lura mal-Hotspurs u nittama li jirnexxielna nagħmlu realtà l-għanijiet kollettivi tagħna fi tmiem dan l-istaġun, li primarjament huma dawk li jirnexxielna nsalvaw fil-Kampjonat BOV Premier. 

Għandna ħafna plejers ta’ talent u qed inħares ’il quddiem biex permezz tal-esperjenza li għandi ngħin għas-suċċess tat-tim. Bdejt nittrenja bl-iktar mod intensiv biex inkun ippreparat għall-battalji li ġejjin!”

More in Sports