Mosta jiksbu rebħa tajba kontra Zebbug biex jieħdu ftit nifs

Zebbug    1

Mosta      3

Ian Zammit jittanta xortih permezz ta’ freekick dirett indirizzat lejn il-lasti ta’ Zebbug Rangers difiżi minn Manuel Bartolo
Ian Zammit jittanta xortih permezz ta’ freekick dirett indirizzat lejn il-lasti ta’ Zebbug Rangers difiżi minn Manuel Bartolo

Mosta rritornaw għar-rebħ permezz ta’ rebħa tajba ta’ 3-1 fuq Zebbug Rangers biex b’hekk ħadu ftit nifs. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota li stajna ninnutaw fil-logħba waslet minn Zebbug Rangers fis-27 minuta Miguel Ciantar krossja tajjeb lejn Rachid Yussuff li ra d-daqqa ta’ ras ċentrali tiegħu tintemm f’sigurtà f’idejn il-goalkeeper ta’ Mosta, Omar Borg. 

Mosta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tat-tieni taqsima u ma damux ma fetħu l-iskor fit-48 minuta meta minnn freekick ta’ Ian Zammit, il-ballun spiċċa f’saqajn Haruna Babangida u fit-52 minuta, Ian Zammit għadda tajjeb lejn Ousman Koli li ra x-xutt tiegħu fil-baxx minn ġol-kaxxa jiġi milqugħ bi bravura minn Manuel Bartolo. Ir-Rangers irrispondew eżattament minuta biss wara permezz ta’ Rashid Yussuff li ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm ftit barra. 

Fis-76 minuta Mosta rduppjaw l-iskor meta minn cross taż-żagħżugħ James Brincat, rajna indeċiżjoni tal-goalkeeper Manuel Bartolo, id-difensur David Alejandro Reano qala’ l-ballun minn fuq il-linja, bil-ballun jispiċċa għand Ian Zammit li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa. Mosta aċċertaw ruħhom mir-rebħa fid-79 minuta meta minn indeċiżjoni oħra tal-goalkeeper Manuel  Bartolo, il-ballun spiċċa f’saqajn Udo Fortune li dar mal-istess goalkeeper qabel ma tefa’ fix-xibka. 

Zebbug Rangers irrispondew mal-ewwel u fil-81 minuta Karl Pulo waqqa’ lil Jacob Borg fil-kaxxa u b’hekk ir-referee Alan Mario Sant kien pront u ordna penalty. B’effett ta’ dan id-difensur versatili ta’ Mosta, Karl Pulo, rċieva t-tieni karta safra fil-logħba u b’effett ta’ dan safa mkeċċi. Mill-11–il metru inkariga ruħu Carlo Gordon Monti li ma żballjax biex naqqas il-marġni tal-iskor għat-team tiegħu.

Żebbug - Bartolo, Camilleri, Borg, Barbetti, Bartolo, Reano, Muchardi (Britto 64’), Yussuff, Monti, Montebello, Ciantar (Paris 64’) 

Mosta - O. Borg, Dawood (J. Brincat 33’), Zammit, Fortune, Pulo, A. Borg, Babangida (Ossok 84’), Magro, Farrugia, Koli, Grech 

Referi Alan Mario Sant

Haruna Babangida

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Ingħaqad ma’ Mosta f’Jannar li għadda

Għandu CV mill-iktar interessanti hekk kif lagħab mal-youths kemm ta’ Barcelona kif ukoll ta’ Ajax

More in Sports