Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo torganizza t-43 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali

Enter article standfirst...

Judoki ta’ bejn l-età ta’ 12 u 14-il sena li ħadu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo
Judoki ta’ bejn l-età ta’ 12 u 14-il sena li ħadu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Judo

Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo organizzat it-43 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali fil-Boċċi Drome fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Is-Senseis Joe Castillo, Gaetano Scerri, Joseph Muscat, John Curmi flimkien ma’ 60 Judoka żgħar, magħrufa bħala Draguni, fetħu l-avveniment. Il-Judoka żgħar imlew is-sala b’għajjat u ferħ hekk kif urew il-ħiliet tagħhom fil-Judo permezz ta’ logħob u kompetizzjonijiet amikevoli. Envic Galea, President tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo, fid-diskors tal-ftuħ tiegħu qal li l-Judoka żgħażagħ tagħna huma kollha rebbieħa. Dan għaliex il-Judo huwa mhux biss sport, imma mod ta’ ħajja. Id-draguni ġew mogħtija midalja tad-deheb bħala tifkira ta’ dan l-avveniment.

L-ewwel Judoka li telgħu fuq il-tapit kienu l-Espoirs - Judoka tal-età ta’ 12 sa 14-il sena. Din il-kategorija għandha regoli speċjali, bħal per eżempju hux permessi tekniki ta’ sagrifiċċju, strangles u armlocks. Din hija meqjusa bħala kategorija ta’ tranżizzjoni bejn l-kategoriji kompetittivi u non-kompetittivi. Ir-rebbieħa tal-kategoriji Espoir kienu Massimo Micallef, Cameron Gray, Sean Spiteri, Adin Vella, Clive Camilleri, Thomas Zerafa, Gabriel Camilleri, and Ena Camilleri. Lamberto Raffi, kien ukoll preżenti waqt l-avveniment, li flimkien mad-Direttur Sportiv, Alex Bezzina, u l-President, Envic Galea, kienu qed josservaw it-talenti ġodda għall-futur tal-Judo f’Malta.

Fil-kategoriji tal-Cadet, Junior u Senior, l-ispettaturi u kowċis preżenti raw kompetizzjonijiet estremament interessanti u ġmiel ta’ Ippon. Ir-rebbieħa fil-kategoriji tal-kadetti kienu Kurt Camilleri (Tigne Judo Club), Andreas Castillo (Shirojudokwai Judo Club), Joseph Muscat u Kurt Butters (Kamikwai Judo Club), Alice Battistino u Martha Spiteri (Hibernians Budokwai Judo Club). Xi wħud mill-Kadetti ikkontestaw ukoll il-kategoriji Junior u Senior. Ir-rebbieħa tal-Kategoriji Junior kienu Joseph Muscat (Kamikwai Judo Club), Cormack Spiteri (Tigne Judo Club), Alessio Muscat (Kinsu Judo Club), u Esther Spiteri (Hibernians Budokwai Judo Club).

It-titoli prinċipali kkontestati kienu dawk tas-Seniors. Jeremy Saywell, Marcon Bezzina u Isaac Bezzina (Malta Judo Academy) irrikonfermaw it-titoli tagħhom hekk kif eliminaw l-avversarji tagħhom faċilment. Murman Korchilava ma kienx ikkuntestat. F’dawn il-kampjonati, rajna wkoll ir-ritorn ta Joanna Camilleri (Hibernians Budokwai Judo Club) li rebħet lura t-titolu tagħha fil-57kgs. Waħda minn dawk li bbrillaw u ser nistennew affarijiet kbar minnhom hija, Alice Battistino, li wriet is-superjorità tagħha biex rebħet it-titlu tat-52 kg, wara li rnexxielha tegħleb l-esperjenza tal-veterana Vanessa Frazier fil-finali. 

Vanessa ddeċiediet li tikkontesta l-Kampjonati Nazzjonali wara li kompliet it-taħriġ tagħha fi klabb fl-Italja minkejja l-iskeda estremament mimlija tagħha bħala Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja. Fi kliemha stess, “Judo huwa sport li inti tista’ tkompli tipprattika tul ħajtek kollha.” Ir-rebbieħa l-oħra kienu Gencheva Redka (Hibernians Budokwai Judo Club) u George Atanasov (Malta Judo Aademy). Cormack Spiteri, anke għalkemm ma wasalx sa fuq il-quċċata tal-podju tal-kbar, ta prestazzjoni tajba ħafna u wera teknika spettakolari.

Mingħajr l-għajnuna tar-referees John Zammit, Abdul Rahman Lativ, Lloyd Caruana, Ray Spiteri; l-uffiċjali tal-mejda Mario Giuliano, Louisa Galea, Alexis Milne; it-tim mediku magħmul minn Ivan Esposito u s-St John Ambulance; u l-voluntiera l-oħra, dan l-avveniment ma kienx ikun possibbli.

More in Sports