Ritorn għar-rebħ għal Qormi u tixgħel il-bozza l-ħamra għal Mosta

Mosta    1

Qormi    3

Qormi rritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Mosta bl-iscore ta’ 3-1, biex b’hekk komplew ikabbru l-problemi għall-Blues. 

Qormi fetħu l-iscore wara biss minuta u nofs logħob meta Alfred Effiong għadda lejn Alex Nilsson li permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb lil Omar Borg. Qormi komplew jattakkaw u fil-11-il minuta Leighton Grech għadda tajjeb lejn Gustavo Villalobos b’dan ikollu x-xutt angulat tiegħu jgħaddi ftit barra. Sitt minuti wara freekick insidjuż ta’ Marcelo Roberto Lima De Mattos għal Qormi ntemm ftit barra mil-lasti ta’ Omar Borg. Mosta rrispondew fil-25 minuta permezz ta’ Ryan Grech li iżda kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda. Kienu Qormi li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima meta xutt angulat minn tarf il-kaxxa ta’ Alfred Effiong għadda ftit għoli.

Il-Blacks and Yellows komplew fuq l-offensiva u fil-51 minuta Leighton Grech għadda l-ballun lejn Gustavo Villalobos bix-xutt ta’ dan jiġi mblukkat parzjalment minn Omar Borg, bil-ballun jispiċċa għand Alfred Effiong li mid-distanza tefa’ ftit għoli. Fis-66 minuta Mosta ġabu l-iscore indaqs meta Gary Roberts qabeż difensur avversarju u permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa għar-rokna tax-xibka tefa’ wara Matthew Farrugia. 

Qormi marru fil-vantaġġ fid-89 minuta meta Alfred Effiong għadda tajjeb lejn il-BOV Player tal-Logħba Leighton Grech li mill-viċin tefa’ wara Omar Borg. U fil-ħin miżjud Qormi ssiġġillaw ir-rebħa meta Alfred Effiong rebaħ il-ballun mingħand player ta’ Mosta, u Ousman Koli fit-tentattiv tiegħu li jikklerja l-ballun tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess biex b’hekk rajna auto-goal klassiku. 

Mosta - Borg, Farrugia, Grech, Roberts, Magro, Falzon, Ossok, Koli, Ekani (Fortune 58’), Z. Brincat (Zammit 56’), Nicoise Dawood (Pulo 83’)

Qormi - Farrugia, Lima De Mattos, Effiong, Gauci, Vella (Pisani 77’), Levnaic, Bondin, Berntsson, Villalobos (Portelli 90’), Grech, Nillson (Edafe Uzeh 72’)

Referi - Marco Borg

Leighton Grech

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Ingħaqad ma’ Qormi mingħand Birkirkara f’Jannar li għadda

Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Hibernians u Vittoriosa Stars

More in Sports