L-Isport tal-motokross jerġa jieħu l-ħajja f'Għawdex

L-Isportiva tas-sena Emma Xuereb kitbet l-istorja f'Għawdex meta saret l-ewwel tfajla li ħadet sehem f'dawn it-tiġrijioet

L-Isport tal-Motokross f'Għawdex reġa ngħata l-ħajja meta qed jiġu organizzati Fun races fit-trakka tal-muturi f'Tax-Xħajma. 

Il-Hadd, 1 ta’ Marzu 2015 giet organizzata Fun Race oħra fejn in-numru ta' parteċipanti kienu 19 fosthom żewġt aħwa Jack u Matty Bailey ta' 8 snin u 13-il sena, Kurt Fenech ta’ 13 il sena u għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan l-isport l-Isportiva tas-Sena Għawdxija, Emma Xuereb li hi player tal-Football tan-Nisa ħadet sehem billi saqet il-Yamaha tagħha.

Filwaqt li l-assoċċjazzjoni tħeġġeġ aktar sewwieqa u dillettanti biex jattendu u jippartecipaw f’dan l-isport, tavża li t-tieni round tal-kampjonat Għawdxi jitkompla nhar il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2015. It-tlielaq jibdew fis-1pm.

Għal aktar tagħrif wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook ‘Gozo Motocross Association'.

 

More in Sports