Żebbuġ Rangers ikeċċu lil barman wara li ġie arrestat fuq pussess ta' droga

Philip Sawyer kien imexxi l-bottegin tat-training ground ta' Żebbuġ Rangers

Philip Sawyer, 51, illejla kien imtella l-qorti akkużat li ittraffikka l-kokajina li allegatament instabet fil-pussess tiegħu meta kien fil-bar taż-Żebbuġ Rangers Club nhar is-Sibt li għaddha.  Skont il-pulizija dan kellu 5 grammi kokajina li kienet ippakkjata f'ħamest iqratas, lesta biex tinbiegħ. 

Hu ingħata l-liberta proviżorja fuq depożitu ta' €300 u €5,000 garanzija personali. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Angie Muscat dehru għall-akkużat.

Sadattant Il-Kumitat ta' Żebbuġ Rangers ħareġ stqarrija fejn pubblikament idissasosscja ruhu mill-barman Philip Sawyer.

Huma qalu wkoll li immedjatament itterminawlu l-kuntratt tiegħu għat-tmnexxija ta' dan il-bottegin u dan sabiex jissalvagwardjaw l-interess tal-club u fuq kollox is-sigurta' u sahha tal-mijiet ta' tfal u żgħażagħ li jiffrekwentaw it-training ground biex jitħarrġu fil-logħba tal-futbol.

Fl-aħħar nett, il-kumitat ta' Zebbug Rangers FC iddikjara li se jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-faċilatijiet sportivi tiegħu jkunu postijiet ħielsa minn kull vizzju li hu ta' danni għat-tfal u żgħażagħ u li se jikkopera mal-forzi ta l-ordni biex dan iseħħ.

More in Sports