(FILMAT TAL-GOAL) Andre Schembri jirritorna fil-kampjonat Ċiprijott b'goal

Andre Schembri jiskorja t-tieni goal għal Omonia Nicosia b'goal f'rebħa ta' 2-0

Il-midfielder Internazzjonali Malti, Andre Schembri irritorna fil-kampjonat Ċiprijott bil-kbir. Wara biss 13-il minuta li kien fil-ground żewġ minuti minn tmiem il-partita hu għalaq ir-riżultat għat-team Ċiprijott Omonia Nicosia kontra Ethnikos Achnas billi skorja t-tieni goal li poġġa lil Omonia fit-tielet post tal-Kampjonat wara Apoel u Limassol. 

Andre Schembri kien telaq lit-team Ċiprijott biuex imur jieħu esperjenza fil_Ġermanja iżda li fiha ma marx tajjeb u reġa irritorna mat-team li għalihom hu idolu u fil-fatt fl-ewwel dehra tiegħu tahom ir-rigal tal-fiduċja li huma għandhom fih.

More in Sports