Taħt il-presidenza tiegħi għal dawn l-aħħar 36 sena Hibs ivvalutaw l-aspett soċjali
Il-president ta’ Hibs jgħid li qatt ma kellhom intenzjoni li jingaġġaw lil Evans
John Busuttil /
6 ta' Jannar 2015 15:35
Wara l-kontroversji li qamu dan l-aħħar dwar l-ingaġġ tal-player ‘rapist’ Ched Evans ma’ Hibernians, Tonyy Bezzina, il-president tas’ Hibs għal dawn l-aħħar 36 sena ħareġ stqarrija.
- Li ġara kien li wieħed mill-isponsors tal-club, vaughanboxing.TV sab lit-team manager ta’ Hibs, Jeffrey farrugia biex jiddeċiedi jekk Hibs humiex interessati li jingaġġaw lil Ched Evans jekk jinqala l-każ.
2. Hibernians Football Club jiddikjaraw li huma m’għandhom l-ebda interess li jingaġġaw lil dan il-player
3. Taħt il-presidenza tiegħi għal dawn l-aħħar 36 sena il-club tagħna dejjem ivvaluta l-aspett soċjali fuq kull deċiżjoni li ħa. Sew dwar players li ngaġġa miegħu kif ukoll fit-tmexxija tal-club. Il-membri u l-partitarji ta’ Hibs u l-pubbliku in ġenerali jistgħu jiġu assikurati li l-aspett soċjali u l-impatt tiegħu fuq kull deċiżjoni se jibqgħu l-prijorita ta’ dan il-club. L-ebda deċiżjoni li tittieħed mill-club tagħna se tkun suġġetta għal xi qliegħ tal-club jew biex nakkwistaw xi unuri.
Anthony Bezzina
President
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism'
Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.