Siġġiewi jwaqqfu lil Mellieħa

Mellieħa naqsu l-marġni tal-iskor ftit minuti minn tmiem l-ewwel 20 minuta

Plejers ta’ Siġġiewi jiċċelebraw wara wieħed mill-gowls
Plejers ta’ Siġġiewi jiċċelebraw wara wieħed mill-gowls

Siġġiewi ħolqu waħda mill-ikbar sorpriżi fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal meta għelbu lil-leaders Mellieħa bl-iskor ta’ 5-1. Mellieħa li kienu bla telfa wara tmien logħbiet, ġew sorpriżi mill-avversarji Siġġiwin li skurjaw ħames gowls fl-ewwel taqsima sabiex wittew it-triq għal rebħa sorpriża.

Mellieħa naqsu l-marġni tal-iskor ftit minuti minn tmiem l-ewwel 20 minuta.

Fit-tieni taqsima, Mellieħa daħlu lil Nikolay Filipov sabiex imorru fuq l-offensiva iżda minkejja l-pussess kontinwu tal-ballun sabu lid-difiża tas-Siġġiewi ferm organizzata.

F’partita oħra Luqa telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta għelbu lil Birżebbuġa 5-2.

F’logħbiet oħra, Sirens għelbu lil Mdina Knight 7-3, Msida rebħu 3-0 lil Qrendi filwaqt li Attard u Mqabba spiċċaw f’parità ta’ 4-4.

Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni, Mellieħa xorta baqgħu l-ewwel b’24 punt segwiti minn Lija Athletic li b’logħba inqas minnhom għandhom 21, Naxxar b’19 u Luqa bir-rebħa li kisbu telgħu fir-raba’ post bi 18-il punt.

More in Sports