Luxol jissorprendu u jegħlbu lil La Salle fil-handball

La Salle Rivareno, bdew il-kampjonat b’togħma qarsa meta kontra kull mistenni ġew umiljati minn Luxol

Azzjoni mill-konfront bejn Luxol u La Salle
Azzjoni mill-konfront bejn Luxol u La Salle

Fl-ewwel logħbiet mill-ewwel rawnd tal-ogħla diviżjoni tal-handball spikkaw il-partiti kollha bi sfidi bilanċjati li offrew spettaklu lil kull min kien preżenti. Iċ-champions, La Salle Rivareno, bdew il-kampjonat b’togħma qarsa meta kontra kull mistenni ġew umiljati minn Luxol. 

Aloysians Von Taine u Luxol rebħu l-konfronti kollha u jinsabu b’punti massimi. Fil-ħames u s-sitt post tal-klassifika, mingħajr ebda punt, jinsabu SayitMalta HMA u Kavallieri RS2 li għadhom iffittxu l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun wara li tilfu ż-żewġ konfronti tagħhom.

Swieqi Phoenix Menrad irnexxilhom jirbħu logħba diffiċli kontra Kavallieri u jaqsmu it-tielet post tal-klassifika ma’ La Salle. Il-favoriti fuq il-karta, La Salle, li għadhom kif rebħu l-ewwel żewġ kompetizzjonijiet li joffri l-handball, is-Super Cup u l-MHA Cup, tilfu l-isfida tagħhom kontra Luxol u jinsabu f’nofs il-klassifika. 

Klassifika Kampjonat Handball Irġiel

Luxol  - 6 punti

Aloysians - 6 punti 

Swieqi - 3 punti 

La Salle - 3 punti 

Kavallieri - 0 punti 

HMS - 0 punti

Fil-kampjonat femminili, iċ-champions Aloysians Żmerċ, jidhru li se jkunu l-favoriti sabiex iżommu t-titlu ta’ champions meta għelbu lir-rivali La Salle Unique fl-ewwel rawnd. Kavallieri RS2 impressjonaw bir-rebħa kontra Swieqi Phoenix. Kemm Luxol kif ukoll Swieqi għadhom ma kisbu l-ebda punt. 

Klassifika Kampjonat Handball Nisa

Aloysians - 6 punti 

La Salle - 3 punti 

Kavallieri - 3 punti  

Swieqi - 0 punti

Luxol - 0 punti

More in Sports