Andre Schembri waqqaf il-kuntratt ma' Frankfurt

Dan ħabbru fuq il-facebook tiegħu madwar nofs siegħa ilu

Andre Schembri il-player Internazzjonali Malti ta' 28 sena waqqaf ħesrem il-kuntratt tiegħu mal-FSV Frankfurt fit-tieni diviżjoni tal-Bundesliga minħabba problemi personali. Fl-istess post qal li hu mhux lest li jaqta qalbu u se jħares għal futur aħjar fil-karriera tiegħu bħala footballer professjonali. Fl-istress post irringrazzja lil sħabui fit-team u lil partitarji ġermaniżi.

Andre ingħaqad ma' FSV Frankfurt fil-bidu tal-istaġun, lagħab 9 partit u skorja goal wieħed.

Hu lagħab 54 bil-flokk nazzjonali u f'Malta lagħab mal-Hibs u Marsaxlokk, anke jekk il-karriera tiegħu bdiet mill-youths ta' Floriana. Mill-2008 sal-lum Andre dejjem lagħab f'kampjonati barranin.

More in Sports