Jikber l-interess fil-Kampjonat MSV Life Masters

Il-Kampjonat MSV LIFE Masters bi tliet partiti

It-tim ta’ Luxol
It-tim ta’ Luxol
It-tim ta' Rabat
It-tim ta' Rabat

Fl-aħħar jiem kompla l-Kampjonat MSV LIFE Masters bi tliet partiti. L-interess f’dan il-Kampjonat qiegħed dejjem jikber u jidher li se jkun hemm taqtigħa interessanti għar-rebħ tal-unuri. Rajna l-parteċipazzjoni għall-ewwel darba, tat-tim JIVAL, kompost minn plejers li huma residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Fil-partita kontra Żurrieq Wolves veru li tilfu 1-2, iżda din kienet partita missielta bir-riżultat jibqa’ inċert sal-aħħar. Jival għandhom diversi plejers ta’ kwalità u għandhom biex jagħtu sfida lil kulħadd. B’din il-partita, Masters Football Malta, kiteb l-istorja meta għall-ewwel darba f’pajjiżna, tim mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ipparteċipa f’avveniment kompetittiv.

F’partiti oħra, Luxol irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil Attard Mealy li kienu qed isofru t-tieni telfa minn daqstant partiti. Rabat Boys kienu supejuri għal Bank of Valletta bi Christian Muscat jispikka u jiskorja ħames gowls. 

JIVAL -  ŻURRIEQ WOLVES 1-2

Skorjaw: JIVAL:  Jean Pierre Abdilla

ŻURRIEQ WOLVES:    Patrick Zammit, Reno Attard

Referi:    Joe Bugeja

LUXOL SC - ATTARD MEALY    8-3

Skorjaw: LUXOL SC: 3 Luke Satariano, 2 Nobby Vella, 2 Alex Busuttil, Matthew Naudi

 ATTARD MEALY: 2 Kevin Fenech, David Deguara

Referi:    Alex Debono

RABAT BOYS - BANK OF VALLETTA    10-4

Skorjaw: RABAT BOYS:    5 Christian Muscat, 2Antonio Carusa, Mark Micallef, Andrew Inguanez, Karl Azzopardi

BOV: Stephen Harrison, Jesmodn Pace, Joseph Zammit, Paul Abela

Referi:    Alex Debono

More in Sports