80 atleta jattendu kamp tat-taħriġ tal-Kempo

Il-KAF (Kempo Arnis Federation) li hi federazzjoni ta’ arti marzjali

Il-KAF (Kempo Arnis Federation) li hi federazzjoni ta’ arti marzjali, il-ġimgħa l-oħra temmet b’suċċess il-kamp ta’ taħriġ annwali fil-Gozo Sports Complex, Għawdex. Dan il-kamp kien jikkonsisti f’seminars, sessjonijiet taż-żgħażagħ, klassijiet għall-għalliema ta’ dan l-Isport, testijiet biex biex wieħed jitla’ fil-grad u fil-kulur taċ-ċintorin. 

Is-sessjonijiet kollha kienu mmexxija mix-Shihan Borut Kinci li hu Black Belt 7th Dan fundatur u għalliem tal-ogħla grad tal-KAF u jħarreġ lill-militar Sloveni u l-forzi speċjalizzati tas-Slovenja. 

Għal dan il-kamp ta’ din is-sena attendew erba’ membri mis-Slovenja u ħamsa mill-Ġermanja. Attendew għal dan il-Kamp madwar 80 atleta li kien suċċess kbir għal din il-federazzjoni Maltija. 

KAF Malta Team qed jipprepara biex jattendi l-kamp tar-rebbiegħa li se jsir Novo Mesto, is-Slovenja u se jikkompeti għal kampjonat Nazzjonali tal-Arnis f’Marzu li ġej.

More in Sports