[Aġġornat] Iċ-Champion tad-Dinja tal-Black ball jiġi milqugħ fl-ajruport

Claudio Cassar hu r-rebbieħ mondjali tal-blackball, magħrufa wkoll bħala l-pool milqugħ mis-segretarju parlamentari għall-Isport Chris Agius

Laqgħa sabiħa għal Claudio Cassar kif wasal l-ajruport ta' Malta
Laqgħa sabiħa għal Claudio Cassar kif wasal l-ajruport ta' Malta

Is-Segretarju parlamentari tal_isport, Chris Agius mar jilqa' liċ-ċhampion tad-dinja tal-Black Ball, Claudio Cassar li wasal Malta ftit ilu flimkien mal-kontinġent Malti li ħadu sehem fil-kampjonat Mondjali li sar f'Perth l-Iskozja

Il-plejer Malti tal-Blackball, Claudio Cassar, rebaħ it-turnament tal-irġiel tal-kampjonati tal-Blackball Pool li saru f’Perth fl-Iskozja. Cassar rebaħ il-finali li kienet waħda tassew bilanċjata kontra l-plejer mill-Afrika ta’ Isfel Paul Bennet bl-iskor ta’ 8-7 wara li kien 7-6 minn taħt. Tajjeb ngħidu li dan il-plejer huwa kklasifikat fl-ewwel post f’pajjiżu. Barra minn hekk Cassar ikkompeta kontra xejn inqas minn 127 plejer.

B’kollox ħadu sehem 700 kompetitur f’dan l-avveniment ferm importanti fid-dinja tal-pool li ntemm ilbieraħ. Il-kontinġent Malti kien kompost minn 20 atleta li ffurmaw tliet timijiet – wieħed tal-irġiel, ieħor tan-nisa u ieħor ta’ taħt it-23 sena. Rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet l-ewwel darba li Cassar kien qed jirrappreżenta lil Malta 8Ball Federation li ilha mwaqqfa biss sentejn taħt il-Presidenza ta’ Martin Testaferrata li kif mistenni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan is-suċċess storiku li ġab Claudio Cassar għal pajjiżna.

L-organizzaturi ta’ dan l-avveniment ISP Scotland rebħu d-dritt li jospitaw dan il-kampjonat li jsir darbtejn fis-sena ġewwa pajjiżhom għall-ewwel darba fejn għelbu x-xewqa ta’ Franza u ta’ pajjiżna. Claudio Cassar flimkien mal-kontinġent kollu Malti mistenni jirritorna f’pajiżna llum f’nofsinhar.

More in Sports