23 atleta jirbħu 24 medalja

Aktar minn 800 kompetitur minn 14-il pajjiż

Id-Delegazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Karate fil-Polonja
Id-Delegazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Karate fil-Polonja

23 atleta tal-Malta Karate Federation rebħu total ta’ 24 medalja – sebgħa tad-deheb, tmienja tal-fidda u disa’ tal-bronż fil-Kampjonat Open li saru f’Bielsko Biala ġewwa l-Polonja biex it-tim Malti spiċċa fit-tielet post fil-klassifika ġenerali.

Aktar minn 800 kompetitur minn 14-il pajjiż – l-Awstralja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ingilterra, Ġorġja, l-Italja, il-Ġappun, in-Norveġja, il-Polonja, ir-Russja, l-Iskozja u s-Slovakkja – ħadu sehem fil-Kata (forms) u Kumite (sparring).

It-tim kien akkumpanjat mill-kowċ nazzjonali Sensei Joe Tanti, id-Direttur Tekniku Sensei James Galea, Sensei Michelle Vella bħala kap tad-delegazzjoni u Sensei Anthony Zammit bħala referi.

Il-President tal-Malta Karate Federation Kenneth Abela qal: “Għal darba oħra erġajna rajna prestazzjoni brillanti mill-atleti tagħna, prova li b’dedikazzjoni u determinazzjoni, ir-riżultati jistgħu jinkisbu.”

More in Sports