Sitt gowls u spettaklu sħiħ bejn Żebbuġ u Naxxar

Żebbuġ 3 - 3 Naxxar

Fil-konfront bejn Żebbuġ Rangers u Naxxar Lions rajna sitt gowls u spettaklu sħiħ hekk kif din il-logħba offriet emozzjonijiet diversi tul id-90 minuta sħaħ. Għal Naxxar Lions iddebutta Jesmond Zerafa bħala kowċ. Tajjeb ngħidu li dan kien it-tielet parità ta’ 3-3 għal Żebbuġ Rangers matul dan l-istaġun li fih għadhom ma rnexxielhomx jiksbu t-tliet punti. Dan juri biċ-ċar il-qabża li hemm bejn il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u l-Kampjonat Premier hekk kif niftakru li Żebbuġ Rangers telgħu jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti matul dan l-istaġun.

Kienu Żebbuġ Rangers li fetħu l-iskor permezz ta’ Britto li mill-viċin tefa’ ġewwa wara li kien irċieva mingħand Matias Muchardi. Iżda fit-22 minuta Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs meta l-attakkant prolifiku Gilmar da Silva Ribeiro tefa’ ġewwa permezz ta’ xutt b’saħħtu minn distanza konsiderevoli. Huma skorjaw gowl ieħor seba’ minuti biss wara meta Daren Falzon mill-viċin tefa’ fix-xibka. U 10 minuti wara Naxxar Lions rebħu penalty li minnu l-plejer mis-Senegall Pape Gueye ma żbaljax. 

Fis-47 minuta Naxxar Lions spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Andrew Scicluna u fit-63 minuta Żebbuġ Rangers rebħu penalty li minnu nkariga ruħu l-BOV Plejer tal-Logħba Carlo Gordon Monti li ma żbaljax. Għaxar minuti wara Żebbuġ Rangers reġgħu sabu x-xibka biex irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta Carlo Gordon Monti għadda lejn Bojan Mamic li permezz ta’ lob sabiħ tefa’ fix-xibka. 

Żebbuġ Rangers - Farrugia, Camilleri, Diaz Serrano, Gauci, Borg, Gauci, Muchardi, Monti (Mamic 55’), Britto (Ciantar 90’), Agius (Nwoba 46’), Polli 

Naxxar Lions - Azzopardi, Cassar, Da Silva Ribeiro, Del Negro, Uzeh Edafe (Bellia 63’), Edet, Falzon (Mbachy Eminike 71’), Gueye, Reano, Scicluna, Vella

Referi - Adrian Azzopardi

Carlo Gordon Monti

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Twieled fl-10 ta’ Lulju 1990 fi Glasgow, l-Iskozja

Fil-karriera tiegħu lagħab mat-timijiet Skoċċizi Dundee United u Celtic fost oħrajn

Ingħaqad ma’ Żebbuġ Rangers matul is-sajf li għadda

More in Sports