Proġett ta’ YiA minn Żejtun Corinthians

L-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea speċjalment liż-żgħażagħ għandhom ikunu sfruttati jekk jista’ jkun miż-żgħażagħ kollha.  

L-Onorevoli Chris Agius f’laqgħa li kellu ma’ rappreżentanti tan-Nursery ta’ Żejtun Corinthians Nursery kif ukoll 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti
L-Onorevoli Chris Agius f’laqgħa li kellu ma’ rappreżentanti tan-Nursery ta’ Żejtun Corinthians Nursery kif ukoll 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti

Dan kien il-messaġġ li wassal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius meta żar l-iskambju ta’ żgħażagħ li qed jorganizzaw Żejtun Corinthians Youth Nursery f’pajjiżna bejn is-16 u l-25 ta’ Settembru.  Dan l-iskambju qed jenfasizza l-importanza tat-tliet F fl-isport; Fun, Fitness u Fair Play.  

L-iskambju qed ilaqqa’ f’pajjiżna 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti fl-Ewropa li huma ż-Żejtun f’Malta, Antalya tat-Turkija, Celano tal-Italja, Seville ta’ Spanja u Ruse tal-Bulgarija.  

Waqt dan l-iskambju ż-żgħażagħ, minbarra attivitajiet sportivi qed ikollhom serje ta’ sessjonijiet relatati mat-tema fosthom dwar ħajja aktar sana, sessjoni li saret mill-Health Promotion Unit u d-diżabilità fl-isport sessjoni minn Rhoda Garland mill-uffiċċju tal-Focal Point tas-Segretarjat Parlamentari għad-diżabbiltà u anzjanità attiva.  Minbarra dan kollu ż-żgħażagħ kellhom iċ-ċans li jżuru postijiet storiċi bħall-Belt Valletta u l-Imdina.

More in Sports