“La darba tkun pożittiv fil-ħajja, qatt ma tkun iddiżappuntat” – Matthew Zammit

Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma’ Matthew Zammit innifsu fejn talbu xi kummenti fuq x’fisser dan l-unur għalih kif ukoll fuq kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fil-waterpolo. 

Matthew Zammit fl-azzjoni
Matthew Zammit fl-azzjoni

Matthew Zammit – plejer ewlieni tal-waterpolo lokali li rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-Plejer tas-Sena wara li kellu staġun mill-aqwa mat-tim tiegħu San Ġiljan li iżda ddiżappunta bil-kbir matul dan l-istaġun hekk kif spiċċa biss fit-tielet post b’distakk konsiderevoli miċ-champions Neptunes Grimaldi.

Huwa saħaq li “Dan l-unur ifisser ħafna għalija speċjalment din is-sena wara li rbaħt żewġ unuri oħra mat-tim nazzjonali wieħed bħala Most Valued Player (MVP) u l-ieħor bħala l-aqwa skorer. Li tirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena hawn Malta huwa ħaġa sabiħa wkoll għax speċjalment jien li wara din is-sena kellna staġun ħażin ħafna bħala tim, ġeneralment tkun iebsa ħafna biex ikollok ċans tirbaħ dan l-unur. Wara ċerti sagrifiċċji li tagħmel matul is-sena kollha, dawn juruk riżultat fl-aħħar. Dan ifisser li dis-sena u s-sena d-dieħla se nerġa’ nagħmel l-istess billi nitħarreġ b’qawwa sħiħa u b’serjetà ħalli nkompli fejn ħallejt. Ġaladarba tkun pożittiv fil-ħajja, qatt ma tkun iddiżappuntat.

Kelli ċansijiet kbar li nilgħab barra minn Malta din is-sena għax bħalma jaf kulħadd kelli kuntatti ma’ Roma li jilagħbu fl-A1, Redstars fis-Serbja, kif ukoll ma’ Ortigia ġewwa l-Italja. Kont qiegħed viċin ħafna biex nagħlaq mar-Roma però ddeċidejt li bix-xogħol tiegħi fil-catering, ma tistax taqbad u titlaq barra minn Malta kif ġie ġie.”

More in Sports