Iván Ramiro Córdoba se jżur Malta

L-Inter Club PUPI Zanetti Malta b’kollaborazzjoni ma’ Luxol Sports Club għandu pjaċir iħabbar li se jiġi organizzat kamp ta’ taħriġ ta’ tlett ijiem li se jagħti opportunità lit-tfal Maltin u Għawdxin li jkunu fil-grawnd ma’ eks stilla tal-futbol internazzjonali, Iván Ramiro Córdoba.

L-eks stilla u leġġenda ħajja ta’ Inter, Ivan Ramiro Cordoba
L-eks stilla u leġġenda ħajja ta’ Inter, Ivan Ramiro Cordoba

Iván Ramiro Córdoba lagħab 324 partiti uffiċjali u skorja 15-il gowl għal FC Internazionale Milano, barra minn hekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Córdoba rrappreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain. Fil-karriera illustri tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal-Clubs bejn l-2005 u l-2010. L-uniku suċċess tiegħu mal-Kolombja kienet ir-rebħa tal-Copa America fl-2001, fejn il-Kolombja kisbet rebħa ta’ 1 -0 fuq il-Messiku, b’gowl ta’ Córdoba nnifsu. 

Waqt iż-żjara tiegħu se jiġu wkoll organizzati xi attivitajiet b’risq il-Fundacion Columbia te quiere ver onlus, li hija organizzazzjoni bla profitt maħluqa minn inizjattiva ta’ Córdoba stess, għat-tfal Kolumbjani. Il-Fondazzjoni tippromwovi u tappoġġja programmi ta’ saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn. 

Aktar dettalji rigward din iż-żjara se jitħabbru aktar ’il quddiem.

More in Sports