Valletta jiksbu rebħa kbira fuq Qormi

Qormi      0

Valletta    4

Valletta kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Qormi, f’logħba li ddominaw mill-bidu sal-aħħar. B’hekk wara r-rebħa ta’ 5-0 li kisbu kontra Sliema Wanderers nhar il-Ħadd li għadda, jidher li t-tim immexxi minn Gilbert Agius reġa’ sab siequ u qed juri bis-sħiħ li bħas-soltu se jkun wieħed mill-isfidanti denji għar-rebħ tal-Kampjonat fi tmiem l-istaġun. 

Huma fetħu l-iskor fit-32 minuta, meta Roderick Briffa rebaħ ballun mingħand Albert Bruce, u ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda. Il-ballun spiċċa f’saqajn il-Malti-Awstraljan Adrian Zahra li għadda l-ballun lejn Lateef Elford-Alliyu li tefa’ fix-xibka permezz ta’ xutt fil-baxx.

Valletta resqu viċin li jerġgħu jsibu x-xibka fis-56 minuta meta Roderick Briffa kellu xutt angulat jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Fis-63 minuta l-Beltin irdoppjaw l-iskor meta Ryan Fenech għadda fit-tul lejn Lateef Elford-Alliyu, dan qassam lil Alex Barboza Terra li x-xutt b’saħħtu tiegħu ntemm wara l-goalkeeper Matthew Farrugia.

 Fid-79 minuta Qormi ħolqu l-periklu meta cross shot ta’ Joseph Chetcuti ma sab lill-ebda plejer sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun, bil-ballun jintemm barra. 

Fis-86 minuta Valletta skorjaw it-tielet goal fil-logħba meta minn cross ta’ Alex Barboza Terra, id-difensur veteran għola tajjeb u  permezz ta’ daqqa ta’ ras tajba għeleb lill-goalkeeper ta’ Qormi, Farrugia. Jidher li Valletta ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan ir-riżultat hekk kif komplew jiskorjaw meta fid-90 minuta Luke Montebello wara li rċieva minn kross tal-captain Ryan Fenech għeleb lil Matthew Farrugia permezz ta’ xutt mill-ewwel. 

Valletta - Vella, Azzopardi, Camilleri, Fenech, Faria, Briffa, Elford-Alliyu, Cremona, Zahra (Bajada 74’), Barboza Terra (Montebello 87’), Dimech

Qormi - Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Agius, Pisani, Sammut (Bondin 58’), Chetcuti, Levniac, Bruce (Viggiani 64’), Effiong, Temile (Azzopardi 87’)

Referi - Andrè Arciola

Lateef Elford-Alliyu

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Twieled fl-1 ta’ Ġunju 1992 fl-Ingilterra

Qabel ingħaqad ma’ Valletta kien jilgħab ma’ Tamworth FC fl-Ingilterra

More in Sports