Balzan jiksbu rebħa drammatika fuq Tarxien

Balzan      3

Tarxien    2

Balzan kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq Tarxien Rainbows meta skorjaw it-tielet gowl tagħhom propju fl-94 minuta permezz ta’ penalty mogħti mit-Taljan, Gianmarco Piccioni. Tarxien Rainbows għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-logħba, u fl-ewwel minuta tal-logħba, Jorge Santos Silva ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa, bid-difiża ta’ Balzan tneħħi l-ballun ’il bogħod minn kull periklu. 

Fir-raba’ minuta, Balzan marru fil-vantaġġ meta Elkin Serrano Valero għadda lejn Gianmarco Piccioni li permezz ta’ daqqa ta’ ras tajba tefa’ ġewwa.

Fid-69 minuta r-Rainbows irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn cross ta’ Alexander Cini, Carlos Hevia Menendez tefa’ fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin. 

U fil-75 minuta Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor u marru fil-vantaġġ meta Alvaro Rodrigues Silva ra x-xutt dijagonali fil-baxx tiegħu jispiċċa wara l-goalkeeper Għawdxi, Steve Sultana.

U fid-79 minuta, Balzan ġabu l-iskor indaqs meta Edison Bilboa Zarate qabbeż il-ballun fuq il-goalkeeper Cini, u l-istess skorer prolifiku tefa’ l-ballun f’lasta vojta permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Fil-ħin miżjud Balzan rebħu penalty meta Jean Pierre Mifsud Triganza twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru nkariga ruħu t-Taljan Gianmarco Piccioni li ma żbaljax biex skorja doppjetta personali u ta rebħa drammatika lil Balzan. Fil-95 minuta tkeċċa l-plejer ta’ Tarxien Rainbows, Carlos Hevia Menendez.

Balzan - Sultana, Grioli, Bezzina, Valero, Zarate, Guobadia, Brincat, Micallef, Guerrero, Sciberras, Piccioni

Tarxien - Cini, Farrugia, Caruana, Bugeja, Caruana, Aboulezz, Lima Silva, Hevia Menendez, Cini, Lopes Pereira, Santos Silva

Referi - Fyodor Zammit

Gianmarco Piccioni

Twieled fit-18 ta’ Lulju 1991 fl-Italja

Ingħaqad ma’ Balzan mingħand Mosta matul dan l-istaġun

Fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Sambenedettese, Vicenza u L’Aquila qabel ingħaqad ma’ Mosta

Kellu logħba mill-aqwa fejn skorja doppjetta personali

More in Sports