Tislima lil Twanny Bugeja

L-eks kummentatur tat-tiġrijiet taż-żwiemel, Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja l-Ħamis filgħodu
L-eks kummentatur tat-tiġrijiet taż-żwiemel, Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja l-Ħamis filgħodu

Il-kamp sportiv, speċjalment dak relatat mat-tiġrijiet taż-żwiemel tilef kontributur kbir hekk kif tħabbret il-mewt tas-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club Twanny Bugeja fl-età ta’ 60 sena. 

Twanny Buġeja kien ilu għal dawn l-aħħar 35 sena jagħti l-kontribut tiegħu għall-isport tat-tlielaq biż-żwiemel. Leħen Twanny Bugeja kien sinonimu mal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, hekk kif sa ftit ġimgħat ilu, kien għadu l-kummentatur tal-korsa. Minbarra hekk, fil-passat ippreżenta wkoll il-programm Korsa fuq TVM filwaqt li kien għal diversi snin kontributur fil-ġurnal L-Orizzont.

Twanny Bugeja kien ukoll kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Imtarfa.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, flimkien mal-bord tad-diretturi u l-impjegati kemm tas-Segretarjat Parlamentari u anke tal-Kunsill Malti għall-Isport, iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta’ Twanny Bugeja.

More in Sports