Jintemm il-kampjonat għas-sewwieqa taż-żwiemel

Is-sewwieqa kollha li ħadu sehem fil-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali taż-Żwiemel li sar fl-Isvezja
Is-sewwieqa kollha li ħadu sehem fil-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali taż-Żwiemel li sar fl-Isvezja

Ftit tal-jiem ilu ġie fi tmiemu l-Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Professjonali taż-Żwiemel li sar fl-Isvezja fil-koros ta’ Solanget u Umaker.

Is-sewwieq Malti, Noel Baldacchino, saq fi tmien tiġrijiet iżda sfortunatament il-kwalità taż-żwiemel li kellu ma kinux fost l-aqwa. Però wieħed jinnota li Noel għamel dak kollu li seta’ u rnexxielu jġib riżultati sodisfaċenti. Il-Malta Racing Club jinsab sodisfatt ħafna bil-figura li qata’ b’sewqan eżemplari u ta’ unur għal pajjiżna.

Ta’ min wieħed jinnota li Baldacchino kklassifika bit-tmint iżwiemel dejjem sat-tmien post u l-aħjar li mar kien darbtejn ir-raba’ bi żwiemel meqjusa fost l-outsiders.

B’kollox huwa ġab total ta’ 47 punt daqs is-sewwieq Awstrijak Hubert Brandsatter Jr.

Il-Kampjonat intrebaħ mid-Daniż Knud Monster b’total ta’ 78 punt. Fit-tieni post spiċċa l-Franċiż Tony Le Beller bi 72 punt filwaqt li l-Isvediż Bjorn Goop kellu jikkuntenta bit-tielet post b’69 punt.

More in Sports