Referis Maltin f’kamp ta’ taħriġ fir-Repubblika Ċeka

Ir-referis Maltin qabel ħallew Malta fi triqithom lejn ir-Repubblika Ċeka
Ir-referis Maltin qabel ħallew Malta fi triqithom lejn ir-Repubblika Ċeka

Għat-tielet sena konsekuttiva, id-Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA mmexxi minn Adrian Casha, għażel pajjiż barrani biex jorganizza seminar kif ukoll kamp ta’ taħriġ għall-aqwa referees u assistenti referis fi ħdanu. 

Kontinġent ta’ referis Maltin kompost minn 31 elit referi u uffiċjali tal-logħba tal-ewwel kategorija matul il-ġimgħa li għaddiet kienu fil-muniċipalità ta’ Cesky Dub fir-reġjun ta’ Liberec fir-Repubblika Ċeka biex jieħdu sehem f’dan il-kamp ta’ taħriġ. It-tema għal din is-sena kienet dik ta’ A B C of Refereeing – Ability, Balance & Courage - Abilità, Bilanċ u Kuraġġ.

More in Sports