Parità mingħajr gowls bejn Sliema u Qormi

Sliema    0

Qormi     0

Sliema u Qormi temmew il-konfront ta’ bejniethom f’parità ta’ mingħajr gowls f’riżultat li ma jissodisfa lill-ebda tim. Dan hekk kif Sliema Wanderers issa għandhom tliet punti waqt li Qormi għandhom punt vantaġġ hekk kif għandhom erba’ punti.

Sliema Wanderers kellhom lill-captain Alex Muscat nieqes minħabba li jinsab imweġġa’ waqt li Beppe Muscat ma setax ikun disponibbli għal Wanderers minħabba li qed jiskonta sospensjoni. Min-naħa l-oħra Qormi kellhom lil Maurico Mazzetti nieqes minħabba li qed isofri minn injury.  

Qormi kienu għoddhom fetħu l-iskor fit-22 minuta meta xutt ta’ Alfred Bruce għadda ftit barra. Kien biss fis-36 minuta li l-Wanderers wettqu reazzjoni meta l-captain tat-tim nazzjonali Michael Mifsud ra x-xutt tiegħu jiġi kklerjat f’korner mid-difensur b’saħħtu Zoran Levnaic. 

Sliema Wanderers kienu l-aħjar tim fit-tieni taqsima u setgħu faċilment fetħu l-iskor l-ewwel meta s-sostitut Talati impenja sew lill-goalkeeper u captain ta’ Qormi Matthew Farrugia li bi bravura dawwar f’korner waqt li ftit wara Gnabouyou għadda tajjeb lejn Trevor Cilia li iżda ra x-xutt tajjeb tiegħu jisfuma fix-xejn.

Eżattament minuta mit-tmiem tal-logħba l-Wanderers tilfu okkażjoni tad-deheb li jirbħu l-logħba meta wara korner mogħti minn Trevor Cilia, il-ballun spiċċa f’saqajn Talati li iżda ra lil Farrugia isalva tajjeb mill-viċin.

Sliema Wanderers - Zammit, Martinelli, Potezica, Mintoff, Scerri, Mifsud, Pisanu, Gatt Baldacchino, Gnabouyou, Barbetti, Biancardi

Qormi - Farrugia, Bondin, Quatrochi Santos, Vella, Pisani, Bondin, Micallef, Levniac, Bruce, Effiong, Temile

Referi - Philip Farrugia

Trevor Cilia

Twieled fit-2 ta’ Jannar 1983 f’Tal-Pietà

Għen bis-sħiħ lit-tim tiegħu iwettaq reazzjoni tajba fit-tieni taqsima meta daħal bħala sostitut

Qabel ingħaqad ma’ Sliema Wanderers, lagħab ma’ Floriana u Birkirkara

Skorja 48 gowl fil-Kampjonat BOV Premier

Lagħab darbtejn bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti

More in Sports